Reference: 851/2000/1

Judgement Details


Date
17/01/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
UCIM COMPANY LTD vs MARTIN NATHAN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, NUQQAS TA` REFERENZA GHAL ARTIKOLU TAL-LIGI MA JGIBX IN-NULLITA` TAC-CITAZZJONI - INTERESS GURIDIKU, ATTWALITA` TA` - INTERESS GURIDIKU, ELEMENTI TA`
Summary
Il-Kap. 12 tal-Ligijiet ta' Malta jirrikjedi li citazzjoni jkun fiha tifsir car u sewwa tal-oggett ur-raguni tat-talba. Mhux mehtieg li ssir referenza ghall-artikolu tal-Ligi li fuqu tkun ibbazata l-azzjoni. B'hekk dan in-nuqqas ma jistghax iwassal ghan-nullita' tac-citazzjoni.

L-interess sabiex tigi istitwita azzjoni irid ikun (a) guridiku, billi jkun fih ipotesi tal-esistenza ta' dritt uta' ksur tieghu; (d) dirett meta jesisti fil-kontestazzjoni jew fil-konsegwenzi taghha u personalifis-sens li jirrigwarda lill-attur; u (c) atttwali fis-sens li jrid johrog minn stat attwali ta' vjolazzjoni ta' dritt, fi kliem iehor, il-ksur attwali ta' jedd fil-ligi konsistenti f'kondizzjoni pozittiva jew negattiva li xxejjen dritt li jappartieni lid-detentur jew li lilu jisthoqq (Ara sentenza John Muscat et vs Rachelle Buttigieg et Prim'Awla AM tas-27 ta' Marzu, 1990 Koll. Vol: LXXIV.iii.481)

L-interess jista' jigi mfisser bhala dritt apparteneneti lill-attur li l-konvenut qed jirrifjuta li jirrikonoxxi. Ghalhekk, dan igib mieghu l-konsegwenza li l-ewwel u l- aqwa interess guridikament ammissibbli huwa dak li kull persuna ghandha, jigifieri li titlob li fil-konfront taghhassir gustizzja, jew inkella li tikkoregi ingustizzja kommessa fil-konfront taghha (Ara Veronica Farrugia et vs Mary Buhagiar tal-Qorti tal-Appell (Sede Kummercjali) tat-2 t'April, 1993 Koll. Vol: LXXVII.ii.98);

Illi dwar l-attwalita' tal-interess tfisser li jekk l-azzjoni tkun inkapaci li tipproduci rizultat vantagguz jew utili ghal min jipproponiha jew jekk dan ir-rizultat, jew sentenza,ma jkunx jista' jigi uzufruwit, dik l-azzjoni ma tistax tigi protetta (Ara Michelangelo Bond vs Carmelo Mangion et tal-Qorti tal-Appell tas-27/5/1991 Koll. Vol: LXXVii.385 u Maria Giulia Millard vs George Said et Qorti tal-Appell tal-14/9/1988 Koll. Vol: LXXII.ii.299). Minbarra dan, u dejjem ghal dak li jirrigwarda l-attwalita' tal-interess, tali interess irid jibqa' jsehh matul il-hajja tal-azzjoni, ghax meta dan l-interess jonqos, il-konsegwenza immedjata tkun li l-konvenut jigi mehlus milli jibqa' fil-kawza (Ara Joseph Sammut et noe vs Carmelo Attard Qorti tal-Appell 17/2/1993 Koll.Vol: LXXVII.ii.246)

Hawnhekk, il-konvenut kien impjegat mas-socjeta` attrici fuq kuntratt ta` xoghol ghal zmien indefinit. Il-konvenut gie imkecci mill-impjieg tieghu ghax ma accettax varjazzjoni fis-sistema ta` commissions li kienu jithalsu lilu mis-socjeta` attrici. Is-socjeta` attrici b'din l-azzjoni kisbet il-konferma tal-validita` ta' din il-varjazzjoni.

Il-Qorti laqghet l-eccezzjoni ta' nuqqas ta' interess guridiku tas-socjeta` attrici li tistitwixxi l-azzjoni fuq il-bazi li tali interess kien jinkwadra ruhu fil-qofol tal-kwestjoni tat-tkeccija mill-impieg tal-konvenut minn mas-socjeta' attrici, kwestjoni li, bit-tifsira espressa tal-ligi, hija vestita esklussivament fit-Tribunal Industrijali. It-talba ewlenija tas-socjeta' attrici kienet marbuta mar-raguni li wasslet ghat-tkeccija mill-ipieg taonvenut. Billi tali tkeccija saret minn impieg ghal zmien indefinit, il-Qorti sabet li l-interes attwali kif imfisser fuq ma kienx jezisti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info