Referenza: 55/1995/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/04/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
DINGLI MARIO vs VELLA GLADYS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
GHERUSIJA, CURKETT - GHERUSIJA, RIGALI MOGHTIJA IN KONTEMPLAZZJONI TAZ-ZWIEG - GHERUSIJA, THASSIR TA`
Fil-Qosor
Ir-rigali li l-wiehed mill-gharajjes jaghmel lill-iehor, fl-okkazjoni taz-zwieg, jibqghu ta' dak il-wiehed mill-gharajjes li ghamilhom, u jitqiesu moghtijin lill-iehor sabiex jinqeghda bihom biss matul iz-zwieg, ghalkemm fil-kunsinna ta' dawk ir-rigali jkun gie wzat kliem li jista' jfisser donazzjoni, izda dan kemm-il darba ma jkunx jidher mill-kitba taz-zwieg li dawn l-oggetti gew moghtija b'donazzjoni.

Dan il-jedd ta' l-uzu tar-rigali hawn fuq imsemmija jispicca fil-kaz ta' firda tar-ragel u l-mara bi htija ta' min fosthom ikun ircieva dawk ir-rigali.

Kull donazzjoni maghmula mill-gharajjes b'kontemplazzjoni ta' zwieg, jew bil-kitba taz-zwieg, sew lil xulxin jew minn wiehed mill-gharajjes lill-iehor, m'ghandhiex effett jekk iz-zwieg ma jsirx.

Izda, id-disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu ma jghoddux, u d-donatarju jista' jzomm il-hwejjeg moghtija lilu b'donazzjoni,jekk iz-zwieg ma jsirx ghaliex id-donatur, minghajr raguni tajba, ma jkunx irid jaghmel dan iz-zwieg; bla hsara tal-jedd tad-donatarju ghad-danni taht id-disposizzjonijiet tal-Ligi dwar Weghdiet ta'Zwieg.

Dawn il-principji japplikaw ghac-curkett ta' l-gherusija u mhux biss izda f'kaz li jinhall iz-zwieg ghandu jigi ritornat lil min ikun tah.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni