Reference: 157/1998/3

Judgement Details


Date
02/03/2007
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO, MICALLEF JOSEPH R., CUSCHIERI NOEL
Parties
PISANI PAUL ET vs CUSTO EMMANUEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZJONI - ARTIKOLU 811 (1)
Summary
Il-process tas-smigh u t-trattazzjoni mill-gdid ta' kawza deciza fih zewg fazijiet: l-ewwel it-tiftix tar-raguni li tista' twassal ghat-thassir tas-sentenza moghtija (in rescindendo); imbaghad, jekkdin ir-raguni tinstab, is-smigh mill-gdid tal-kawza fl-istadju li tkun waslet fih meta nghatat is-sentenza li tkun twaqqghet (in rescissorio). Sadattant, ix-xoghol ta' din il-Qorti, sakemm tkun ghadha qieghda tqis jekk jezistux ragunijiet tajbin bizzejjed biex thassar is-sentenza attakkata, huwa dak li tara biss jekk kemm-il darba tirrizultax imqar wahda mic-cirkostanzi procedurali mahsubin fl-artikolu 811 tal-Kodici Procedurali. Fl-istadju in rescindendo din il-Qorti m'ghandhiex tgharbel mil-gdid dwar jekk hi taqbilx jew le mal-mod kif il-Qorti tkun waslet ghall-fehmiet taghha fis-sentenzaattakkata.

Dan kollu jingabar taht ir-regola li huwa mixtieq u mehtieg li jkun hemm ic-certezza tad-dritt u fejn kawza tkun inqatghet b'sentenza li tkun ghaddiet f'gudikat din m'ghandhiex titwaqqa' kif gieb u lahaq, imma biss ghal ragunijiet serji u gravi. Dan kollu mbaghad jissejjes fuq il-massima li res judicata pro veritate habetur.

L-appellanti Pisani jiddikjaraw li qeghdin iressqu t-talba taghhom tar-ritrattazzjoni fuq il-kawzali mahsuba fl-artikolu 811(l) tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta. Dwar il-kawzali li s-sentenza kienet milquta minn zball li jidher mill-atti (Art. 811(l)), huwa mehtieg li wiehed iqis sewwa x'inhu dak li tghid il-ligi sabiex tali kawzali titqies misthoqqa. Il-ligi titkellem b'mod car dwar liema sura ta' zball irid ikun biex iwassal li sentenza tigi mhassra. Tali zball irid ikun jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza u dan biss fil-kaz li d-decizjoni tkun imsejsa fuq is-suppozizzjoni ta' xi fatt li l-verita' tieghu tkun eskluzaghal kollox jew fuq is-suppozizzjoni li l-fatt ma jezistix. F'kull kaz, il-fatt ma jridx ikun puntkontestat li jkun gie deciz bis-sentenza. Ghal dan il-ghan, l-izball ta' fatt li jaghti lok ghar-ritrattazzjoni jrid ikun wiehed materjali, manifest u jirrizulta mill-atti nfushom, ghaliex mhux imholli li jitressqu provi biex jippruvaw tali zball. Minbarra dan, l-izball ma jridx ikun relattiv ghall-kriterji jew karattri li bihom il-fatt ikun gie jew seta' gie mifhum mill-gudikant li ta s-sentenza li qieghed jintalab it-thassir taghha, ghaliex dan m'huwiex zball li johrog mill-atti imma fis-sewwa konvinciment insindakabbli tal-gudikant.

L-izball li jwassal ghat-thassir ta' sentenza u s-smigh mill-gdid tal-kawza irid ikun iddetermina d-decizjoni tal-gudikant fis-sens li kien l-fondament ewlieni tas-sentenza. B'dan il-mod, inghad li ma hemmx lok ghat-thassir tas-sentenza jekk kemm-il darba din, ghalkemm vizzjata minn zball ta' fatt manifest, tkun tista' tigi mod iehor imwiezna b'ragunijiet ohrajn indipendenti minn tali zball. Fuq kollox, ma tithalliex issir ritrattazzjoni fejnil-fatt zbaljat ikun punt li gie ikkontestat u deciz fis-sentenza attakkata.

F'dan il-kaz il-Qorti hija tal-fehma li ma hemmx lok li s-sentenza impunjata tithassar u li l-kawza tinstema' mill-gdid. Ghaldaqstant il-Qorti qeghda taqta' u tiddeciedi l-kawza billi tichad it-talbiet tar-rikorrentiPisani, bl-ispejjez kontra taghhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info