Reference: 136/1986/3

Judgement Details


Date
28/02/2007
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY, CARUANA DEMAJO GIANNINO, MICALLEF JOSEPH R.
Parties
ATTARD FRANK vs FARRUGIA ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI - ARTIKOLU 811 (E)
Summary
Ir-ritrattand Anthony Farrugia qed jitlob li s-sentenza ta' l-Qorti ta' l-Appell tithassar billi kienet effett ta' zball kif ghandu jidher mill-atti jew dokumenti tal-kawza u kien hemm ukoll applikazzjoni hazina tal-ligi kif inhu mahsub fl-artikolu 881(l) u 811(e) tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta.

L-istatut ta' ritrattazzjoni huwa rimedju eccezzjonali in kwantu jikkostitwixxi deroga mir-regola generali li “res judicata pro veritate habetur”. Konformement il-Qrati taghna dejjem sostnewli dan ir-remedju tant straordinarju ghandu dejjem jigi ristrett ghall-kazi kontemplati fil-ligi uli tinghata interpretazzjoni ristretta tal-ligi.

Skond ir-ritrattand l-izball fis-sentenza tal-Qorti ta' l-Appell kien jikkonsisti filli t-triq giet konsidrata bhala wahda privata mentri kiekul-Qorti hadet in konsiderazzjoni l-Att Numru X ta' 1988, hi kienet tasal ghal konkluzzjoni differenti, cjoe li t-triq kienet wahda pubblika.

L-artikolu 811(e) tal-Kap 16 invokat mir-ritrattand japplika mhux meta jkun hemm zball ta' fatt jew interpretazzjoni hazina tal-ligi imma meta stabilit l-fatt tigi applikata ligi li ma tkunx applikabbli ghal dak il-fatt. Biex ikun hemm lok ghal ritrattazzjoni fuq dan il-motiv, irid jintwera li l-Qorti, fis-sentenza impunjata, applikat il-ligi l-hazina ghall-fatti li jirrizultawlha, u mhux li applikat il-ligi t-tajba b'mod hazin. F'dan il-kaz il-Qorti ta' l-Appell waslet ghall-konkluzzjoni li t-triq kienet wahda privata u ghalhekk applikat il-ligi relattiva, cjoe il-Kodici Civili.

Fil-kaz in ezami l-Qorti korrettement applikat il-ligili kienet applikabbli fil-kaz ta' toroq privati cjoe il-ligi civili, u s-sottomissjonijiet tar-rikorrent li dik l-applikazzjoni ma kinitx wahda tajba jew li, meta mqabbla ma' decizjonijiet ohra, naqset li tikkunsidra aspetti giuridici ohra, ma jaqghux fil-kompitu ta' din il-Qorti hi u tistharreg jekk ghandhiex thassar is-sentenza appellate u tordna li l-kawza tinstema' mill-gdid.

Id-decizjoni fuq fatt kontrovers hija decizjoni tal-gudikant u ma' tistax tigi riveduta fi proceduri ta' ritrattazzjoni. Fil-kaz in ezami l-kwistjoni jekk l-art kinitx privata jew pubblika kien il-punt kontrovers f'dina l-vertenza u dan gie deciz mill-Qorti. Ghaldaqstant din il-Qorti tichad it-talba tar-ritrattand ghas-smigh mill-gdid ta' l-Appell.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info