Referenza: 40/2006

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/02/2007
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
DEBONO MARIA DOLORES SIVE DORIS vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
REVOKA TAS-SMIEGH TA KAWZA - RITRATTAZZJONI - SMIGH XIERAQ - SURROGA, EFFETTI TA` - VINDICATORIA; KAWZA
Fil-Qosor
Ir-rikorrenti qed tilmenta mill-iter procedurali tas-smiegh ta` dik il-kawza, u qed tallega li, fil-kors tas-smiegh tal-kawza, gew lezi d-drittijiet fondamentali taghha. L-ilmenti tar-rikorrenti jistghu jigu kklasifikati taht erba` kategoriji:
(i) id-dewmien fis-smiegh tal-kawza quddiem il-Prim`Awla tal-Qorti Civili;
(ii) il-fatt li l-Onorabbli Qorti tal-Appell irrevokat is-smiegh ta` prim`istanza minghajr, allegatament, studju approffondit tal-kaz;
(iii) ic-cirkustanza li s-surroga quddiem l-Onorabbli Qorti tal-Appell, fil-procedura ta` ritrattazzjoni, saret fuq rakkomandazzjoni tal-Prim Imhallef, li kien il-President ta` dik il-Qorti li ddecidiet l-appell fl-ewwel kaz; u
(iv) il-fatt li l-Onorabbli Qorti tal-Appell, meta cahdet it-talba taghha ghar-ritrattazzjoni, ma dahletxfil-meritu tal-kaz.

Ezaminat dan l-iter processwali, l-Qorti tara li ghal kwazi l-process kollu, l-kawza kienet taht il-kontroll tal-partijiet, li mhux biss iddecidew li jestendu l-inkarigu moghti lill-perit tekniku mahtur mill-Qorti, izda wkoll ippermettew lil xulxin iressqu diversi provi, uebda naha ma hadet passi biex tillimita jew tikkontrolla l-produzzjoni u s-smiegh tal-provi tal-parti l-ohra. La darba parti tippermetti lill-parti l-ohra tressaq il-provi li trid, il-fatt li l-Qorti, fi stadju tad-decizjoni, tghaddi biex ma tikkunsidrax hafna minn dawk il-provi, ma jistax jitqiesbhala hela ta` hin imputtabli lill-istess Qorti.

La darba, minn wara dahar il-Qorti, l-inkarigu tal-perit gie estiz ghas-smiegh tal-provi, u wkoll minn wara dahar il-Qorti, il-partijiet thallewiressqu kull prova li riedu huma, u, f`kull kaz, ma ntalbetx l-intervent tal-Qorti, l-istess partijiet ma jistghux issa jilmentaw dwar dewmien li kkawzaw huma stess. La l-Qorti u lanqas l-Istat ma jistghu ikunu tenuti responsabbli ghal dewmien li huwa attribwibbli ghall-agir tar-rikorrent.

Kieku kien hemm dewmien esagerat fit-thejjija tar-rapport da parti tal-esperti mahtura, wiehed ikun jista` jattribwixxi xi tort lill-Qorti li tkun “ippermettiet” tali dewmien. Dan peress li, darbali l-partijiet ghalqu l-provi, huma ma jkollhomx aktar kontroll fuq l-operat tal-perit, u sta ghall-Qorti tara li dan ma jtawwalx izzejjed biex jikkonkludi r-rapport.

F`dan il-kaz, pero`, majirrizultax li, mehud rigward ghall-komplessita` tal-kaz, li l-periti mahtura mill-Qorti ressqu l-oppinjonijiet taghhom “too late”. L-ewwel perit tekniku ressaq ir-rapport tieghu fi zmien sena u xahar, u l-periti addizzjonali ghamlu l-istess f`sentejn u tlett xhur, termini li, f`kull kaz, ma jistaxjitqies irragonevoli.

Fic-cirkustanzi meritu ta` din il-kawza, ma hemmx dan it-tip ta` dewmien irravvizat fil-kawzi msemmija, u din il-Qorti tara li, mehud in konsiderazzjoni l-komplessita` tal-kaz u l-imgieba tal-partijiet, ma kienx hemm dewmien irragonevoli mill-Prim Awla tal-Qorti Civilifit-trattazzjoni tal-kawza in kwistjoni.

Wara s-sentenza tal-Prim Awla, il-konvenut interponaappell, liema appell gie deciz f`terminu ta` anqas minn sena wara d-decizjoni tal-ewwel Qorti. Ir-rikorrenti mhux qed tallega li l-proceduri quddiem l-Onorabbli Qorti tal-Appell hadu fit-tul, pero`,qed targomenta li d-decizjoni moghtija mill-Onorabbli Qorti tal-Appell ittiehdet meta ma sarx ezamidettaljat tal-kaz u b`mod li jindika li quddiem l-ewwel Qorti sar hela ta` zmien fi smiegh ta` provi irrilevanti.

Il-kawza in kwistjoni kienet wahda vindicatoria li fiha, minn jippromuowi l-azzjoni, irid jipprova t-titolu tieghu fuq l-art. Bhala principju, il-konvenut possessur mhux tenutjipprova titolu, izda jista` jistrieh biss fuq il-pussess. Peress li din il-kawza kienet tikkoncerna proprjetajiet tal-partijiet li kienu, in parte, over lapping, kellu jsir stharig ta` x' akkwistal-konvenut. Jidher li, fil-proceduri quddiem l-ewwel Qorti saret enfasi akbar fuq it-titolu pretizmill-konvenut, u dana peress li hu ddefenda ruhu billi allega “titolu” fuq l-art in kontestazzjoni,u meta, fil-fehma tal-periti teknici mahtura u tal-istess Qorti, ma rrizultax li l-konvenut seta` jivvanta titolu fuq dik il-porzjoni art, it-talba tal-attrici giet milqugha. L-ewwel Qorti ghamlet dan, pero`, wara li qieset li, fil-fehma taghha, l-attrici ppruvat li l-art meritu tal-kawza hija proprjeta` taghha. L-Onorabbli Qorti tal-Appell ma qablitx ma din il-konkluzzjoni. Hi osservat u enuncjat il-principju li min iressaq tali azzjoni irid, fl-ewwel lok, iressaq prova tat-titolu tieghu fuq l-art in kwistjoni.

Kemm l-ewwel Qorti, kif ukoll l-Onorabbli Qorti tal-Appell fittxew fl-atti ghall-prova tat-titolu tal-attrici; l-ewwel Qorti sabet dan it-titolu u, ghalhekk, ghaddiet biextezamina t-titolu pretiz mill-konvenut, filwaqt li l-Onorabbli Qorti tal-Appell ma sabetx li l-attrici ppruvat it-titolu taghha u, allura, logikament, kellha tieqaf u, fil-fatt, waqfet hemm. Dan ma jfissirx, pero`, li saret xi haga bi ksur ta` xi dritt fundamentali tar-rikorrenti.

Appartil-fatt li mhux fil-kompetenza tal-Qorti Kriminali li tiddetermina kwistjonijiet dwar titolu fuq proprjeta`, il-proceduri quddiem il-Qrati Kriminali kienu in konnessjoni ma akkuza ta` raggion fattasi biss, u biex tiddeciedi fuq din l-akkuza, ma kellhiex bzonn, u fil-fatt ma kkunsidratx kwistjonijietdwar titolu ta` proprjeta`. Dik l-akkuza hija mmirata ghal min jiehu b`idejh xi dritt li jippretendi li ghandu, u l-indagini tal-Qorti Kriminali huma limitati ghall-agir disturbattiv tal-pussess biss, u dawk il-Qrati ma jinvolvux ruhhom fl-esistenza o meno fid-drittijiet rispettivi tal-partijiet.Kwindi, dak li gie deciz mill-Onorabbli Qorti tal-Appell Kriminali bl-ebda mod ma jista` jitqies lihu ta` rilevanza ghad-drittijiet reciproci tal-partijiet.

Ir-rikorrenti tilmenta dwar il-modkif saret is-surroga quddiem l-Onorabbli Qorti tal-Appell. Meta nghatat is-sentenza mill-OnorabbliQorti tal-Appell, dik l-Onorabbli Qorti kienet komposta mis-Sinjura Tieghu l-Onor. Prim Imhallef, umill-Imhallfin Onor. Anton Depasquale u Onor. Alberto J. Magri. Meta r-rikorrent talbet is-smiegh mill-gdid tal-appell, dawn it-tlieta warbu mill-kaz u dan sabiex l-ilmenti tar-rikorrenti jigu kkunsidrati minn Qorti tal-Appell komposta differentement minn kif kienet meta tat is-sentenza. B`ordni l-Eccellenza Tieghu, il-President tar-Repubblika hatar, biex jisma` l-kaz tar-rikorrenti, lill-Imhallfin Onor. Joseph D. Camilleri, Onor. Joseph Filletti, u Onor. Giannino Caruana Demajo.

Dinil-Qorti tosserva li, ai termini tal-artikolu 12 tal-Kodici ta` Organizzazzjoni u Procedura Civili (Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta), meta l-President tal-Qorti tal-Appell jastjeni milli jisma` kawza,postu jiehdu bis-sahha tal-istess ligi, “l-imhallef anzjan fost l-imhallfin li jiffurmaw il-Qorti tal-Appell”. F`dan il-kaz, dan kien l-Onor. Joseph D. Camilleri li, fil-fatt, ippresjeda l-Qorti tal-Appell ghas-smiegh tar-ritrattazzjoni ppresentat mir-rikorrenti. Is-surroga tieghu, allura, sehhetawtomatikament bis-sahha tal-ligi.

Dwar l-imhallfin l-ohra, din il-Qorti ma tara xejn hazin fil-fatt li dawn gew irrakomandati mis-Sinjorija Tieghu l-Onor. Prim Imhallef, li kien ghadu kemm astjena milli jippresjedi fis-smiegh ta` dan il-kaz. Kull imhallef ha l-istess gurament ta` imparzjalita` u indipendenza, u l-ghalza kellha issir minn fost gudikanti li jgawdu l-istess sigurta` u obbligi. Ma jirrizultax li saret xi “ghazla”, imma semplicement gew surrogati dawk l-imhallfin l-aktar anzjani li setghu jisimghu l-kawza.

Fl-ahhar nett, ir-rikorrenti tilmenta mill-fatt li l-Onorabbli Qorti tal-Appell, fil-proceduri ta` ritrattazzjoni ma ezaminatx u ma kkunsidratx mill-gdid il-meritu tal-pretenzjoni taghha. Il-Qorti tosserva li la l-Kostituzzjoni ta` Malta u lanqas il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ma jaghtu dritt ghal smiegh doppju ghall-ilmenti tac-cittadin; dawn jesigu biss li fid-determinazzjoni ta` kwistjonijiet ta` natura civili, l-partijiet involuti jinghataw smiegh xieraq minn tribunal indipendenti u imparzjali. Dan inghata f`dan il-kaz.

Il-gurisprudenza trid, imbaghad, li jekk jinghata dritt ta` appell, il-procedura quddiem il-Qortital-Appell tirrispekkja wkoll id-dettami ta` smiegh xieraq. Dan ukoll sehh f`din il-kawza ghax, kifintwera, wara appell interpost mill-konvenut, l-Onorabbli Qorti tal-Appell semghet it-trattazzjonitad-difensuri tal-partijiet, u wara li ezaminat mill-gdid l-atti processwali kollha, tat is-sentenzataghha. Il-kwistjoni ta` bejn il-partijiet giet ezaminata funditus f`zewg stadji u minn zewg Qratiseparati, u kwindi r-rekwiziti ta` smiegh xieraq gew zgur sodisfatti.

Oltre dan, l-ordinament guridiku malti jipprovdi rimedju iehor fejn wiehed jista` jressaq il-lanjanzi tieghu, u dan fi proceduri ta` ritrattazzjoni. Dan ir-rimedju, it-tielet wiehed, hu limitat ghal meta jirrizultaw zbalji fl-operat gudizzjarju, u mhux estiz ghat-trattazzjoni mill-gdid tal-meritu. Dan ma jfissirx, pero`, li jkun qed jinholoq ksur tad-drittijiet fondamentali ta` xi parti fil-kawza.

F`dan il-kaz, ir-rikorrent talbet ir-ritrattazzjoni tal-kawza, izda, wara ezami tal-atti proceswali, gie decizli ma kien hemm ebda zball jew nuqqas fis-sentenza tal-Onorabbli Qorti tal-Appell tad-29 ta` Ottubru, 2004, u, ghalhekk, m`hemmx lok ta` smiegh mill-gdid tal-kawza.

Fil-proceduri ta` ritrattazzjoni, jkun hemm smiegh u trattazzjoni mill-gdid f`kaz biss li jirrizulta xi zball jew nuqqas, u lajezisti u lanqas ma hu mehtieg li jezisti dritt awtomatiku ghal terzo ezame tal-kaz.

Id-decizjoni tal-Onorabbli Qorti tal-Appell tal-15 ta` Frar, 2006, hija konformi mal-ligi, u mhux kontra l-provedimenti u limiti tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddisponi mill-kawza billi tichad it-talbiet tar-rikorrenti bl-ispejjez kontra taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni