Reference: 230/2002/1

Judgement Details


Date
10/01/2007
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SANT ADELINA vs CARUANA EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA - TITQIES RINUNZJATA JEKK MA TITQAJJIMX IN LIMINE LITIS - LOKAZZJONI, META MA SSIR EBDA DESKRIZZJONI DWAR L-ISTAT TAL-FOND FIL-BIDU TAL-KIRJA - LOKAZZJONI, OBBLIGU TA` L-INKWILIN JINQEDA BIL-HAGA MIKRIJA BHALA MISSIER TAJJEB TAL-FAMILJA - LOKAZZJONI, RESPONSABILITA` TAL-INKWILIN GHAD-DANNI KONSEGWENZJALI - LOKAZZJONI, TNEHHIJA TA` MILJORAMENTI - SENTENZA, META TEZORBITA MILL-KOMPETENZA TAL-QORTI
Summary
Kif saput, skond id-disposizzjonijiet procedurali l-inkompetenza minhabba x-xorta jew il-valur tal-haga, trid tigi eccepita mill-parti jew rilevata ex officio mill-Qorti. Dan fl-ewwel udjenza tat-trattazzjoni. Jikkonsegwi illi jekk ma jsirx dan, dik l-inkompetenza ma tistax titqajjem fil-kors successiv tal-proceduri, specjalment f' qorti fi grad ta' appell. Dan lanqas ex officio (Artikolu 774,Kapitolu 12);

Hu obbligu generali tal-kerrej illi dan ghandu jinqeda bil-haga mikrija bhala missier tajjeb tal-familja [Artikolu 1554 (c) Kodici Civili]. Hi, imbaghad, presunzjoni krejata mill-Artikolu 1560 illi jekk ma tkun saret ebda deskrizzjoni ta' l-istat tal-haga fil-mument li nbdiet il-kirja dan igib li l-kerrej irceviha fi stat tajjeb. In kwantu tali, u salv prova kuntrarja, hu mistenni li l-kerrej jirrestitwixxi l-haga fl-istess stat tajjeb. Difatti l-ligi tqieghed a kariku tieghu l-obbligu li jwiegeb ghat-tgharriq u ghall-hsarat li jigru matul it-tgawdija tieghu sakemm ma jipprovax li dawn sehhew minghajr htija tieghu (Artikolu 1561).

Anki fejn l-inkwilin jaghmel benefikati fil-fond, is-sid xorta wahda jista' jezigi, fi tmiem il-lokazzjoni, li l-fond jigi ripristinat ghall-istat li kien fil-bidu tal-lokazzjoni.

Il-kompetenza minhabba l-valur hi determinata mid-domanda, jekk din hi ta' kompetenza tal-Qorti adita izda, imbaghad, is-sentenza ta' kundannaghall-hlas tas-somma kanonizzata tissupera l-kompetenza tal-Qorti li emettiet is-sentenza ma hemmx vjolazzjoni ta' norma relattiva ghall-kompetenza izda ksur tal-principju tal-korrispondenza bejn dakdomandat mill-parti u dak deciz mill-Qorti;

F'materja ta' procediment civili d-domanda ghall-kundanna generika tar-rizarciment tad-danni hi ta' valur li ma tistax teccedi l-massimu tal-kompetenza tal-Qorti adita u, allura l-Qorti ma tistax toltrapassi lanqas il-limitu ta' dak rikjest.

Id-dritt tal-lokatur ghall-indenniz ghall-hsarat tikkomprendi wkoll dawk konsistenti fit-telf ta' kera korrispondenti ghal dak iz-zmien li fih huwa jipprova li ma setax jikri l-fond, jew jiehu xi utliminnu, minhabba dawk il-hsarat. Isegwi minn dan illi l-kerrej hu responsabbli kemm ghad-danni diretti konsegwenzjali ghall-agir attiv tieghu, kif ukoll ghal dawk indiretti konsegwenzjali ghall-agir passiv tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info