Reference: 266/2005/1

Judgement Details


Date
10/01/2007
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
KUMMISSARJU TAT-TAXXI NTERNI vs CARUANA ALFRED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
LIGI, RETROATTIVITA` TA` - DRITTIJIET KWEZITI - LIGI, RETROATTIVITA` TA` - LIGIJIET FISKALI
Summary
Is-subinciz (2) ta' l-Artikolu 47 tal-Kapitolu 372 jiddisponi illi ". l-azzjoni ghall-hlas tat-taxxa, taxxa addizzjonali, imghax jew xi penali tista' tinbeda matul kull zmien mid-data minn meta jsirudovuti u ghandhom jithallsu sa tmien snin minn dik id-data jew, meta tkun saret stima ghar-rigward taghhom, mid-data meta dik l-istima ssir finali u konklussiva".

Invece mit-termini tas-subinciz (4) ta' l-imsemmi Artikolu - dak li fuqu l-Kummissarju jargina l-opposizzjoni principali tieghu- jinghad li "meta l-azzjoni msemmija fis-subartikoli (2) u (3) ma jkunx ittiehed fiz-zmien stipulat, u dak iz-zmien jiskadi fil-31 ta' Dicembru 2003 jew qabel dik id-data, ghaldaqstant, minkejja d-disposizzjonijiet ta' dawk is-subartikoli, l-azzjoni ghall-hlas ta' dik it-taxxa, taxxa addizzjonali,imghax jew penali tista' tittiehed sal-31 ta' Dicembru 2005".

Dan l-artikolu essenzjalment jirravviva azzjonijiet ghall-hlas ta' taxxa li jkunu gew preskritti kemm-il darba l-procedura indikatafl-istess artikolu tigi segwita.

Ir-retroattivita` ta' ligi ma tesponix ruhha awtomatikamentghac-censura tal-kostituzzjonalita` taghha. Biex dan jissucciedi jrid jirrizulta li jkunu gew vjolati precetti kostituzzjonali jew principji inerenti ghall-istat tad-Dritt. In partikulari, il-principju tar-ragonevolezza l-ghala giet dettata l-ligi u dak ta' l-affidament tac-cittadini, jew tal-kontribwenti fil-materji fiskali, fl-istabilita` u c-certezza ta' l-ordinament guridiku.

Fost affarjiet ohra ir-retroattivita` tal-Ligi ma tistax tippregudika drittijiet kweziti. Sew jekk id-drittkwezit ikun kompjut, sew jekk ikun l-origini ta' fatt li jkun gara taht il-ligi precedenti, u d-dritt skond dik il-ligi jkun perfett u kompjut, u fl-istess hin ikun dahal fil-patrimonju ta' min jirreklamah, u l-okkazjoni ta' l-ezercizzju tieghu tipprezenta ruhha taht il-ligi l-gdida, fl-ewwel ipotesi ghaliex ir-retroattivita hija impossibbli u assurda, u fit-tieni ipotesi l-ghaliex l-istess drittikun perfett taht il-ligi antika qabel ma nholqot l-okkazjoni ta' l-ezercizzju tieghu taht il-ligigdida, l-istess ghandu jigi rispettat, u l-ligi gdida, ma ghandhiex, skond il-principji elementari tal-gustizzja u ekwita`, ikollha setgha fuqu.

Il-preskrizzjoni liberatorja hija attinenti mhuxghas-sustanza ta' l-obbligazzjoni, imma ghall-azzjoni. Infatti l-Artikolu 1188 Kodici Civili (fil-prezent, Artikolu 1145) isemmi s-seba' modi ta' estinzjoni ta' l-obbligazzjonijiet, u fosthom ma jikkomprendix il-preskrizzjoni, ghalkemm isemmi l-preskrizzjoni biss in vija ta' rizerva ta' l-effettitaghha. Mhux biss, imma l-Artikolu 2212 (illum l-Artikolu 2107) tal-Kodici jiddefinixxi 'expressisverbis' il-preskrizzjoni liberatorja bhala mezz sabiex wiehed jehles minn azzjoni.

Il-fondament tal-preskrizzjoni estintiva hu l-interess li jitqieghed tmiem ghall-proponibilita` ta' l-azzjoni,biex l-istat guridiku ta' l-affarijiet li jkun ezista ghal hafna zmien ma jkunx jista' jigi skonvolt mill-ezercizzju tardiv ta' l-azzjoni.

Tqum ghalhekk il-kwistjoni jekk is-semplici ostakoluprocedurali ghas-success ta' l-azzjoni konsistenti fil-preskrizzjoni, izda li ma jitterminax izda d-dritt sostantiv ta' l-attur jikkonferix dritt kwezit lill-konvenut.

Mhux mistenni, u lanqas accettabbli, allura, illi l-legislatur, bla raguni soda u konvincenti, jinventa mekkanizmu statutorjubiex jiccirkumventi l-preskrizzjoni stabbilita u jipprolunga temporanjament it-terminu ghall-proponiment ta' azzjoni ghat-tutela formali eskluziva tad-Dipartiment tat-Taxxa.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info