Reference: 256/1996/2

Judgement Details


Date
27/11/2006
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO, MICALLEF JOSEPH R., CUSCHIERI NOEL
Parties
MUSCAT CARMELO SIVE CHARLES NOE vs CAMILLERI WILFRED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DECIZJONI TAL-QORTI
Summary
Huwa principju llum il-gurnata accettat bhala wiehed mill-elementi tal-gustizzja naturali li sentenza li tinghata minn Qorti jew tribunal trid tkun motivata sewwa, b'mod li wiehed jifhem x'kien il-hsieb wara d-decizjoni li l-Qorti tkun waslet ghaliha fid-decizjoni taghha. Dan il-hsieb jittiehed mill-konsiderazzjonijiet li l-Qorti tkun ghamlet, tant li d-dispozittiv tas-sentenza m'ghandux jittiehed separatament mill-motivazzjoni, imma ghandu jigi minnha definit u mfisser. Dan il-hsieb johrog ukoll mid-dispozizzjonijiet relattivi tal-Kodici Procedurali Malti. Allura, titnissel ukoll il-htiega li l-konkluzjoni ahharija tal-Qorti ma tridx tkun kontradittorja mad-dikjarazzjonijiet fil-parti ragunata li jkunu saru fl-istess sentenza u li jwasslu ghaliha. Kemm hu hekk, m'huwiex meqjus bizzejjed li sentenza tuza l-espressjoni generika tac-cahda tat-talbiet attrici jew tal-eccezzjonijiet jekk ma tkunx ukoll motivata kif imiss bil-hsieb li jkun wassal lill-Qorti ghal dik ic-cahda jew ghall-akkoljiment.

L-effett ta' kontradizzjoni bejn il-parti deliberativa u l-parti dispozittiva ta' sentenza ghandha twassal biex dik is-sentenza ma tkun tal-ebda siwi u t-triq wahdanija li jifdal tkun it-thassir taghha. Dan l-effett huwa wiehed ta' ordni pubbliku. Il-punt li jrid jigi mistharreg huwa jekk tali effett jistax jinghata mill-Qorti ex ufficio jekk kemm-il darba l-ebda wahda mill-artijiet - ghal ragunijiet li jkunu jafu huma - ma titlob b'eccezzjoni jew mod iehor, it-thassir tal-imsemmija sentenza.

Din il-Qorti jidhrilha li f'cirkostanza bhal din, hija tista' tghaddi biex tiddikjara li ma tiswiex sentenza li, fil-parti dispozittiva taghha, tkun ghal kollox kontra dak li johrog mill-parti deliberativa taghha




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info