Reference: 48/2005

Judgement Details


Date
16/11/2006
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
BALZAN IMQAREB NARDU vs DIRETTUR TAS-SIGURTA' SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 33 TAL KOSTITUZZJONI TA MALTA - JEDD TAL HARSIEN TAL HAJJA
Summary
L-artikolu 33 tal-Kostituzzjoni ta' Malta jahseb biex ihares lil kull individwu minn telf ta' hajtub'ghamil mahsub ta' haddiehor. L-artikolu in kwestjoni jorbot lill-Istat milli jnehhi l-hajja ta' persuna jekk mhux fl-ezekuzzjoni ta' sentenza ta' Qorti dwar reat li dwaru dik il-persuna tkun instabet hatja. Dan l-artikolu jidher li ghandu applikazzjoni anqas wiesgha mill-artikolu korrispondentital-Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, fejn jitnissel ukoll obbligu preventiv fuq l-Istat li jiehu l-mezzi kollha mehtiega biex jara li l-hajja tal-persuni tkun imharsa kif imiss. Ma jidhirx li l-jedd fundamentali ta' harsien tal-hajja ta' persuna jigbor fih il-jedd ta' manteniment xieraq li l-Istat, taht obbligi ohrajn li huwa ghandu lejn ic-cittadini tieghu fil-bzonn, jista' jfassal b'ligijiet specjali.

Ir-rikorrent jibni l-pretensjoni tieghu kollha fuq il-fatt li jqis li l-hlas zghir ta' ghajnuna socjali li huwa qieghed jircieviminghand id-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali jista' jitqabbel ma' ghamil li qieghed johodlu hajtu bil-mod il-mod. Din il-Qorti ma hix tal-istess fehma, minhabba li l-ammont ta' ghajnuna socjali li persuna tinghata jew ma tinghatax mill-Istat bl-ebda tigbid tal-immaginazzjoni ma tista' tinkwadra ruhha f'ghamil li jilledi d-dritt ghall-hajja. Il-jedd li persuna tistenna li tinghata ghajnuna socjali xierqa ghaliex ma tkunx kapaci aktar ghax-xoghol jew ghaliex ma jkollhiex mezzi mehtiega huwa jedd li l-Kostituzzjoni taghna taghti lic-cittadin, imma ma tqisx ksur ta' dak il-jedd bhala ksur ta' jedd fundamentali mhares band'ohra fl-istess Kostituzzjoni, wisq anqas bhala ksur tal-jedd fundamentali ghall-hajja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info