Referenza: 123/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/10/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
VELLA PATRICK
Partijiet
IL-PULIZIJA vs BONGAILAS JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RAGION FATTASI, ELEMENTI TA` - RAGION FATTASI, PROPJETA` - RAGION FATTASI, PUSSESS
Fil-Qosor
L-elementi kostituttivi tar-reat ta` ragionfattasi huma erba, kif diversi drabi ritenut fil-gurisprudenza taghna, u cioe', (1) att estern li jispolja lil xi haddiehor minn haga li jkun qed igawdi, liema att ikun esegwit kontra l-opposizzjoni espressa jew presunta, ta' dan il-haddiehor, (2) il-kredenza li l-att qieghed isir b'esercizzju ta'dritt, (3) il-koxjenza fl-agent li hu qed jaghmel di privato braccio dak li jmissu jsir permezz ta' l-awtorita' pubblika, u (4) in-nuqqas ta'titolu li jirrendil-fatt aktar gravi.

L-Artikolu 85 tal-Kodici Kriminalili jittratta dwar ir-ragion fattasi, bl-ewwel rekwizit tieghu, kjarament iqis bhal agir kriminali kull att ta' xi hadd li jfixkel lil xi haddiehor fil-pussess ta' xi haga li qed igawdi. L-imsemmi artikolu, ghalhekk, jittutela l-pussess tal-haga u mhux necessarjament ukoll il-propjeta' taghha. Il-kelma pussess, ghalhekk, tinkludi l-uzu jew dgawdija ta' dik il-haga.

Li hu importanti, ai fini ta' l-Artikolu 85 tal-Kap. 9, dejjem riferibbilment ghall-ewwel element kostituttiv tieghu huwa jekk effettivament sa dik in-nhar li sar dan l-allegat att ta'spoll mill-appellant, kellhomx il-kwerelanti l-pussess, ossija l-uzu u/jew id-dgawdija tal-fond in kwistjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni