Reference: 2804/1996/1

Judgement Details


Date
12/10/2006
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
SAMMUT EMANUEL ET vs CHIEF GOVERNMENT MEDICAL OFFICER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
L-appellati qeghdin jirreklamaw danni minghand il-Gvern ghaliex wara l-operazzjoni li saret fl-isptar San Luqa, ir-rigel xellugi ta' l-attrici gie nfaxxat b'mod li jirrizulta skorrett u ssikkat izzejjed. Inoltre dan l-infaxxar issikkat izzejjed thalla jippersisti ghal kwazi tmienja u erbghin (48) siegha nonostante l-ilmenti frekwenti u l-ugigh qawwi li l-attrici ssenjalat li kienet qeghdha thosslill-funzjonarji ta' l-isptar.

Pero' minn imkien ma rrizulta li min ghamel l-operazzjoni jew kien involut fil-kura u trattament ta' l-attrici kien inkompetenti biex jagixxi fil-kwalita` li kien qed jagixxi fiha. L-appellata nnifisha ma allegatx la il-culpa in eligendo u lanqas in vigilandofic-citazzjoni taghha.

Il-konkluzjoni l-ohra illi l-appellanti huma responsabbli ghas-sorveljanza ta' l-addetti taghhom ghandu jinghad illi fil-qasam mediku id-decizjonijiet klinici u medici jittiehdu unikament mill-esperti medici u ma hix il-mansjoni ta' l-amministrazzjoni illi toqghod pulizija fuq l-addetti taghha. L-obbligu ta' l-amministrazzjoni huwa li tipprovdi qafas strutturali sabiex l-esperti medici jkunu jistghu jaghtu l-ahjar kura lill-pazjenti taghhom. Minn imkien ma rrizulta illi tali qafas strutturali kien nieqes. Mhux hekk biss talli gie ppruvat illi l-kura li nghatakienet wahda tajba.

Ghaldaqstant il-pretensjoni ta' l-appellata li l-appellant Tabib Principali tal-Gvern jaghmel tajjeb id-danni kkagunati lilha hija ghal kollox infondata. L-allegazzjoni l-ohra ta' l-attrici illi s-servizz tal-gvern huwa skadenti, hazin u “unprofessional” hija nfondata ugiet kontradetta mix-xhieda ta' l-attrici. Il-kura li nghatat kienet wahda “standard”.” F'din il-kawza l-konvenuti gew imsejha biex iwiegbu precizament ghan-nuqqasijiet tas-sistema mhaddma fl-isptar, mhux ghan-nuqqas ta' xi impjegat partikolari. Ghalhekk il-kwistjoni tal-culpa in eligendo ma tqumx.








Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info