Reference: 2/2004

Judgement Details


Date
11/10/2006
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
DEPASQUALE ANTON
Parties
VELLA JOSEPH vs BANK OF VALLETTA PLC
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT DWAR L-IMPJIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI; KAP. 452 - TERMINAZZJONI TA IMPJIEG
Summary
Fil-fehma tat-Tribunal Industrijali, il-gustizzja naturali ma tapplikax biss ghall-Appellant izda ukoll ghas-Socjetà, f'dan il-kaz il-Bank. It-Tribunal Industrijali huwa wkoll intiz li d-decizjoni tieghu tista' tkun suggetta ghal riezaminazzjoni mill-Qorti Civili ghab-bazi ta' nuqqas ta' gurisdizzjoni min-naha tat-Tribunal, kif ukoll jezisti d-dritt ta' appell fuq punt tal-Ligi skont l-Artiklu 75(1)(a) u (b) tal-Att dwar l-Imjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap.452), jekk dan ikun il-kaz.

It-Tribunal Industrijali jaf sew dwar l-irbit li jesigi Ftehim Kollettiv u f'dan ir-rigwardghandu ghax jifhem li l-Appellant ghandu jaqbel li t-Tribunal Industrijali ma jistax iwarrab l-Artiklu 27(1) tal-Kap. 452 fejn b'mod l-aktar car u minghajr tlaqliq jiddikjara x'ghandu jsir f'kazi bhaltieghu.

It-Tribunal Industrijali hu sodisfatt li l-Appellant ma giex ittrattat ingustament mill-Bank fl-ezekuzzjoni tad-decizjoni.

L-Appellant ghandu jzomm quddiem ghajnejh li t-tkomplija tal-bord tad-dixxiplina bilfors kellha tkun sopraventa bis-sehh tal-Artiklu 27(1) tal-Ftehim Kollettiv vigenti, qatt ma setghet tbiddel id-decizjoni tal-Qorti tal-Appell li fil-fatt, fis-sustanza taghha, barra li sabitu hati ta' reat serju u kkundannatu ghall-perjodu prigunerija sostanzjali, irrenditlu l-fakultà li jirrapporta ghax-xoghol mal-Bank impossibbli.

Lanqas kieku, ghall-grazzjatal-argument, it-Tribunal Industrijali kellu jilqa' t-talba tal-Appellant biex jikkunsidra jekk it-terminazzjoni tal-impjieg tieghu minn mal-Bank kinitx ingusta, it-Tribunal qatt ma seta' jkun f'posizzjoni li jsosstni decizjoni li tammonta ghall-assenza twila mix-xoghol tal-Appellant u dan minhabbal-kontenut tal-Artiklu 27(1) tal-Ftehim Kollettiv vigenti.

Fir-rikors ta' appell, ir-rikorrent talab illi dina l-Qorti thassar, tirrevoka u tikkancella s-sentenza moghtija mit-Tribunal Industrijali, u konsegwentement tilqa' t-talbiet tal-appellant, jew fin-nuqqas, prevja dikjarazzjoni li l-istess sentenza hija nulla u inattendibbli, tibghat l-atti lura lit-Tribunal Industrijali sabiex danjiddeciedi l-kaz skont il-ligi, bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra s-socjetà appellati.

Dinal-Qorti ma tistax tasal sabiex tifhem x'immotiva lit-Tribunal Industrijali sabiex jiddubita jekk ghandux jisma' l-kaz jew le. Fil-fehma ta' dina l-Qorti, ai termini tal-Artikolu 75 tal-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452), it-Tribunal Industrijali kellu l-obbligu illi jisma' l-kaz.

Fil-fehma ta' dina l-Qorti, it-Tribunal Industrijali, permezz tal-istess decizjoni, mhux biss ippronunzja ruhu dwar jekk ghandux jisma' l-kaz izda ppronunzja ruhu ukoll dwar il-meritu tal-kaz.

Permezz tad-decizjoni appellata, it-Tribunal Industrijali ma setax jiddetermina - kif fil-fatt iddetermina - il-meritu tal-kaz illi kellu quddiemu. Ghalhekk, minhabba l-fatt biss illi permezz tad-decizjoni appellata gie determinat il-meritu tal-kaz, l-aggravju in ezami tal-appellant jimmerita akkoljiment, u dana billi d-decizjoni appellata tigi annullata. Huwa opportun illid-decizjoni appellata tigi dikjarata nulla meta jigi konsidrat illi l-appellant ghandu ragun jghidfir-rikors ta' appell illi l-meritu tal-kaz gie deciz minghajr ma huwa inghata l-opportunità mit-Tribunal Industrijali illi jittratta l-kas tieghu fil-meritu, bi ksur tar-regola tal-gustizzja naturaliaudi alteram partem.

Din il-Qorti tiddeduci illi t-Tribunal Industrijali ddecieda illi ma ghandux “jisma' u jikkunsidra” l-kaz odjern ghaliex deherlu illi l-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili, Kap. 12, jaghtih id-dritt illi jiddikjara l-kas frivolu u vessatorju. Sfortunatament, it-Tribunal Industrijali ma indikax liema provvediment tal-Kap. 12 jaghtih dan id-dritt. Fil-fehma ta' dina l-Qorti, fil-Kap. 12 ma hemmx tali provvediment; dan qed jinghad filwaqt illi dina l-Qortihija konxja minn dak illi jipprovdi l-Artikolu 223(4) dwar il-kap tal-ispejjez tal-kawza “Fil-kazijiet ta' appelli fiergha u vessatorji”. Il-Kap. 452 jikkontempla l-kaz ta' vessatorjetà; dan, però, ghar-rigward biss ta' proceduri migjuba quddiem it-Tribunal Industrijali ai termini tal-Artikolu 83 tal-istess Kap. 452; il-proceduri odjerni ma humiex tali.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tal-Appell tipprovdi dwar l-appell billi tiddikkjara d-decizjoni appellata nulla u billi tordna illi l-attijigu rinvijati lit-Tribunal Industrijali ghas-smigh u determinazzjoni tal-kaz skont il-ligi, filwaqt illi tordna illi l-ispejjez kollha, kemm tal-ewwel istanza, jekk hemm, u kemm ta' din l-istanza, jigu sopportati mill-intimat appellat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info