Reference: 12/1994

Judgement Details


Date
28/06/2006
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID, MICALLEF JOSEPH R.
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs JOSEPH HARRINGTON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
EZAMI TA XHIEDA - IRREGOLARITAJIET WAQT JURI - KREDIBILITA
Summary
L-ewwel ilment ta' l-appellant jirrigwarda l-htiega li kellha d-difiza li tqajjem punt ta' ligi quddiem il-gurati dwar il-produzzjoni ta' martu bhala xhud u dan meta kien diga` oggezzjona inutilment qabel ma bdew jinstemghu x-xhieda.

L-appellant isostni illi dan kollu seta' halla certa influwenza fuq il-gurija li kien hemm xi haga x'wiehed jahbi. Din il-Qorti tapprezza dak li qieghed jissolleva l-appellant u jidhrilha li kien ikun aktar ghaqli li, partikolarment dak li sar fit-3 ta' Lulju 2000 ma jsirx fil-prezenza tal-gurati. Wara kollox, nonostante dak li vverbalizzat il-prosekuzzjoni li d-difiza kienet oggezzjonat ghall-produzzjoni ta' Monica Fenech, kienet l-istess Monica Fenechli kienet intavolat rikors f'isimha biex hija ma tixhidx. U ma jirrizultax mill-atti li dan ingab akonjizzjoni tal-gurati. Fil-fehma ta' din il-Qorti, pero`, fil-kaz odjern, dak li qieghed jikkontendi l-appellant ma hu xejn hlief kongettura u ma jistax jitqies bhala argument rejalistiku. Effettivament Monica Fenech ma giet prodotta fl-ebda stadju biex tixhed quddiem il-gurati, ma saret l-ebda talba ohra mill-prosekuzzjoni sabiex hija tixhed u ma nghata ghalhekk l-ebda provvediment mill-ewwel Qorti f'dar-rigward. U tant ma gietx enfasizzata din il-kwistjoni, illi lanqas biss ma tissemma' mill-Imhallef li ppresjeda l-guri fl-indirizz tieghu.

It-tieni lment ta' l-appellant huwa dwar il-qari fl-intier ta' l-istqarrija li kien ghamel Thomas Baldacchino waqt l-inkjesta.

Id-decizjoni ta' l-ewwel Qorti kienet korretta. Huwa veru li s-subartikolu (1) ta' l-artikolu 646 tal-KodiciKriminali jipprovdi li “ix-xhieda ghandhom dejjem jigu ezaminati fil-qorti u viva voce”, izda dan bla hsara tad-disposizzjonijiet l-ohra fl-imsemmi artikolu. Is-subartikolu (2) jiddisponi hekk: “Ix-xiehda tax-xhieda, sew kontra kemm favur l-imputat jew akkuzat, kemm-il darba tkun ittiehdet bil-gurament matul il-kumpilazzjoni, skond il-ligi, tista' tingieb bhala prova” u s-subartikolu (4) ta' l-artikolu 549 jipprovdi: “Din ix-xiehda [mismugha fl-access li ghandha tigi mdahhla fil-process verbal]ghandha tittiehed bil-mod li tittiehed ix-xiehda tax-xhieda li jinstemghu mill-Qorti tal-Magistratibhala qorti istruttorja, u ghandha l-istess effett” (sottolinear ta' din il-Qorti). Inoltre s-subartikolu (4) ta' l-artikolu 646 jipprovdi: “Il-processi verbali jistghu jingiebu bhala prova bhal ma jinghad fl-artikolu 550”.

Apparti dan, minn dak li semghet din il-Qorti mir-registrazzjoni tat-tape tax-xiehda ta' Thomas Baldaccino jirrizulta li fil-fatt kien l-istess Thomas Baldacchino li talab diversi drabi li jigi mfakkar. Ta' min jghid ukoll illi wara l-ezami ta' dan ix-xhud id-difiza kellha opportunita` li taghmillu kontro-ezami u inoltre l-istess Thomas Baldacchino xehed f'kull postli accediet fuqu l-Qorti meta, waqt il-guri, sar l-access fis-6 ta' Lulju 2000.

Ma hemm l-ebda formula sagra li trid tigi segwita meta l-Imhallef li jkun qieghed jippresjedi guri jigi biex jindirizza lill-gurati fuq x'inhu dubbju ragjonevoli, ossia fuq il-grad ta' prova li ghandha tilhaq il-prosekuzzjoni - beyond reasonable doubt:

“The formula used in summing-up does not matter so long as it is made clear to the jury, whatever words are used, that they must not return a verdict against a defendant unless they are sure of his guilt .. It is generally sufficient and safe to directa jury that they must be satisfied beyond reasonable doubt so that they feel sure of the defendant's guilt. Nevertheless other words will suffice, so long as the message is clear.”

L-Imhallefli ppresjeda l-guri f'dan il-kaz kien korrett meta spjega lill-gurati li mhux kull dubbju ghandu jitqies bhala dak id-dubbju ragjonevoli li trid il-ligi. In effetti hemm certi fatti li jistghu jkunurrilevanti u ghalhekk mhux kull dubbju dwar kwalunkwe fatt ghandu jitqies bhala li jnissel dubbju ragjonevoli dwar il-kolpevolezza ta' persuna akkuzata. Konsegwentement sewwa ghamel l-Imhallef li ppresjeda l-guri li attira l-attenzjoni tal-gurati ghad-distinzjoni li kellhom jaghmlu bejn fatti rilevanti u ohrajn irrilevanti, filwaqt illi enfasizzalhom illi kellhom iqisu l-provi fit-totalita` taghhom u mhux jehlu fuq dubbju dwar xi fatt li jista' jkun irrilevanti ghall-ezitu.
Ilment iehor ta' l-appellant jirrigwarda t-tifsira li l-Imhallef li ppresjeda l-guri ta dwar il-kuncett ta' “kredibilita`”. L-appellant jirreferi ghas-segwenti bran fl-indirizz ta' l-ewwel Qorti:

“il-kelma kredibbli jew kredibilita` ma tfissirx necessarjament li xhud qed jigdeb, jista' jkollok kaz per ezempjufejn xhud ikun ra, jew sema' xi fatti, u genwinament jigi hawn u jghid kif rahom jew semaghhom. Pero` mbaghad il-verita` tkun li ma jkunx gara dak li qed jghid hu. Pero` hu genwinament, dan bhal metawiehed jghidlek, jiena dik il-karrozza safra kienet tafx, imbaghad jigi l-iehor jghidlek le dik mhuxsafra, dika per ezempju hadra cara .. Ghalhekk qed nghidilkom il-kredibilita` ma tfissirx gideb.”





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info