Reference: 356/1997/2

Judgement Details


Date
23/06/2006
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO, MICALLEF JOSEPH R., MALLIA TONIO
Parties
KUNSILL LOKALI MELLIEHA ET vs CENTRAL MEDITERRANEAN DEVELOPMENT CORPOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
TINDIF TA TOROQ
Summary
Skond l-artikolu 33(i)(a), il-Kunsill Lokali huma tenuti li jzommu fi stat tajjeb toroq li ma jkunuxproprjeta' privata, is-sub-paragrafu sussegwenti jitfa' fuq il-Kunsilli Lokali l-obbligu ta' tindiffir-rigward ta' toroq kemm privati kif ukoll pubblici. It-toroq meritu ta' din il-kawza huma privati, u allura filwaqt li l-Kunsill m'ghandux ir-responsabilita' ghall-manutenzjoni taghha, ghandu interess jara li dawn it-toroq jinzammu fi stat tajjeb, anke ghaliex ghandu r-responsabbilita' tat-tindif taghhom.

Din il-Qorti ma qaletx li l-Kunsill Lokali ghandu xi responsabbilita' fil-konfront ta' dawk it-toroq, izda li ghandu l-interess mehtieg biex isegwi u jara li min hu responsabbli li jzomm it-toroq fi stat tajjeb ta' manutenzjoni, fil-fatt, jesegwixxi dak l-obbligu. Is-socjeta' konvenuta kellha l-obbligu thejji u tiehu hsieb it-toroq ta' l-inhawi filwaqt li l-kunsill kellu l-interess guridiku mehtieg biex jara li dik l-obbligazzjoni titwettaq. Kwindi, fuq din il-kwistjoni, ma jidhirx li hemm applikazzjoni hazina tal-ligi.

Fit-tieni lok, is-socjeta' konvenuta tallegaapplikazzjoni hazina tal-ligi meta din il-Qorti invokat l-artikolu 20(9)(i) tal-Kap. 10 tal-Ligijiet ta' Malta, meta kellha tapplika is-sub-paragrafu (ii). Fil-waqt li l-artikolu 20 jitfa' l-obbliguta' tiswija fuq il-persuni li ghandhom proprjeta' li tmiss direttament ma' triq, u dan dejjem fil-konfront tal-awtoritajiet governattivi inkarigati bid-dmir li jaraw li t-toroq kollha jinzammu fi stat tajjeb ta' tiswija, l-istess artikolu jzomm ferm id-drittijiet ta' dawn il-persuni li jfittxu lilmin hu obbligat kuntrattwalment ghall-esekuzzjoni tat-tiswijiet relattivi. Din il-kawza mhiex kawzali saret fuq inizjattiva tad-Direttur tax-Xogholijiet Pubblici, izda saret mis-sidien tal-proprjeta' li tmiss direttament ma' triq fejn qed jitolbu li s-socjeta' konvenuta tesegwixxi l-obbligu kuntrattwali taghha li jzommu t-toroq f'Santa Marija Estate fi stat tajjeb ta' manutenzjoni. Kwindi, l-artikolu 20(9)(ii) mhux applikabbli ghall-kaz, u ma jirrizultax, lanqas f'dan il-kaz, li kien hemm xiapplikazzjoni hazina tal-ligi minn din il-Qorti.

Ghaldaqstant, ghar-ragunijiet premessi, tiddisponi minn din il-kawza billi tichad it-talbiet tas-socjeta' konvenuta rikorrenti, bl-ispejjez kollha kontra taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info