Reference: 653/1998/1

Judgement Details


Date
23/01/2001
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
SPITERI DOMENICO SAVIO SIVE SAVIO vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, PREZUNZJONI TAL-INNOCENZA
Summary
Il-presunzjoni ta' l-innocenza timporta dak l'assjem ta' regoli li tassigura li persuna li tkun akkuzata b'reat kriminali ma tkun obbligata li tippova xejn, u li l-piz kollu tal-prova jinkombi fuq il-prosekuzzjoni.

Tfisser ukoll li l-gudikant ma jkollux jitlaq bil-prekoncett illi l-akkuzat huwa hati tar-reat li bih ikun mixli. L-oneru tal-prova huwa fuq il-prosekuzzjoni u kwalsijasi dubju ghandu jmur a favur l-akkuzat. Isegwi wkoll li l-prosekuzzjoni trid tinforma l-akkuzat tal-kaz li jkun ser jitressaq fil-konfronti tieghu sabiex ikun jista` jipprepara ruhu u jipprezenta d-difiza tieghu.

Jizdied jinghad li fil-ligi taghna l-prova li tressaq il-prosekuzzjoni trid tkun tali li tikkonvinci lill-gudikant mill-htija tal-akkuzat; fi kliem iehor, il-gudikant irid ikun moralment konvint, a bazi tal-provi li jitressqu fil-kawza, mill-htija tal-akkuzat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info