Referenza: 2197/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
D AND M ENTERPRISES LIMITED vs GRIMA ADRIAN PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CITAZZJONI, FORMALIZMU EZAGERAT - CITAZZJONI, NULLITA` MINHABBA NUQQAS TA` DIKJARAZZJONI U KONFERMA TAL-ESISTENZA TAL-JEDDIJIET MHARSA BIL-HRUG TA` MANDAT TA` INIBIZZJONI - CITAZZJONI, NULLITA` TA`
Fil-Qosor
Meta persuna tohrog mandat ta' inibizzjoni hija ghandha taghmel kawza ghal jedd imsemmi fil-mandat.Hi ghandha dritt li titlob lill-Qorti li tiddikjara li hija ghandha tali dritt imbaghad tinghata ir-rimjedji skond il-Ligi.

Hawnhekk giet eccepita n-nullita` tac-citazzjoni minhabba nuqqas ta'dikjarazzjoni u konferma tal-esistenza tal-jeddijiet socjeta` attrici riedet li jitharsu meta talbetil-hrug tal-Mandat ta' Inibizzjoni.

Il-Qorti laqghet l-eccezzjoni peress illi s-socjeta` attrici kienet qed titlob r-rimedji minghajr ma ghamlet talba biex il-Qorti tiddikjara li hi kellha tali jedd li jintitolaha ghar-rimedji li talbet.

Ghad li l-insistenza fuq formalizmu esagerat m'ghandux jigi inkoraggit u kwalunkwe att gudizzjarju ghandu kemm jista jkun jigi salvat, imma dana dejjem ghandu jsir jekk ikun konformi mal-ligi li titlob l-osservanza ta' certi regoli fil-formulazzjoni tac-citazzjoni li jidher li fil-kaz in ezami ma gewx segwiti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni