Referenza: 744/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
MANDUCA LOUIS vs MUSCAT MANDUCA JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RES JUDICATA, ELEMENTI TA` - RES JUDICATA, ORDNI PUBBLIKU - SENTENZA, DISPOSITTIV TA` - SENTENZA, MOTIVAZZJONI TA`
Fil-Qosor
Biex tirnexxi l-eccezzjoni tar-res judicata huma mehtiega tliet elementi: (1) eadem persona (l-istess partijiet) (2) eadem res (l-istess oggett) u (3) eadem causa petendenti (l-istess kawzali).

Hu pacifiku li l-gudikat johrog mid-disposittiv tas-sentenza. Hu veru li biex jigi interpretat tajjeb d-disposittiv jixraq li jigi raffrontat mal-motivazzjoni, li hu wkoll parti mid-decizjoni ghadli minnha ma johrogx gudikat, kif hu wkoll veru li t-termini generici tad-disposittiv jistghu jigu ristretti mill-parti konsiderattiva tas-sentenza. Hu allura mehtieg biex tigi validament sostnuta l-eccezzjoni tar-res judicata illi l-punt kontrovers tal-kawza ikun l-istess, u dana mhux biss ghaliexit-talba tkun identika imma wkoll li l-fatti li jkunu pprovokaw u li jkunu premessi ghal dik it-talba, ikunu sostanzjalment l-istess. Mhux biss allura l-causa petendi trid tkun identika, imma aktarimportanti hu li tirrizulta l-eadem res. Dan ghaliex waqt li t-talba hi l-finalita' ta' l-azzjoni,huma l-premessi taghha li jiddeterminaw il-kawzali li jimmotivaw tali talba. Hu minn dawn l-kostatazzjoni ta' fatt li jemergi l-element ta' l-identita' ta' l-oggett fiz-zewg kawzi u li jrid jigi strettament sodisfatt biex tigi milqugha l-eccezzjoni tar-res judicata. Dan sal-punt li f'kaz ta' dubbju d-decizjoni tal-Qorti ghandha tkun kontra li tigi milqugha l-eccezzjoni tal-gjudikat, ghax altrimenti jigi indebitament pregudikat l-attur in kwantu jigi mcahhad milli jkollu t-talbiet tieghu definiti gjudizzjarjamant. L-exceptio judicati ghandha bhala fundament taghha l-interess pubbliku u hija ta' interpretazzjoni strettissima, u f'kaz ta' dubju, il-gjudikant ghandu jaqta' kontra din l-eccezzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni