Referenza: 1/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/12/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
VELLA MARIA ET vs ELLUL CARMELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, RIPREZA TA` ART IMQABBLA MINHABBA BZONN
Fil-Qosor
Fejn it-talba ghar-ripreza mis-sid tar-raba lokat hi msejsa fuq il-kawzali tal-bzonn fit-termini tal-precitat artikolu tal-ligi, jinsab stabbilit u deciz illi l-iter procedurali li kellu jigi segwit mill-Bord dwar il-Kontroll tal-Kera ta' Raba kien is-segwenti:

(a) Il-Bord kellu jkun sodisfatt illi s-sid tar-raba kien jehtiegu biex jigi wzat ghal skopijiet agrikoli minnu personalment jew minn xi membru tal-familja personalment. Din il-prova kellha ssir qabel kollox u fl-ewwel lok minn sid il-kera;

(b) Il-kerrej kellu mbaghad jipprova li r-raba in kwistjoni kien fonti importanti ta' l-ghixien tieghu u tal-familja tieghu;

(c) Jekk dan l-element jigi sodisfacentement provat mill-kerrej, il-Bord kellu jikkonduci l-ezami komparattiv li l-ligi tesigi biex ikun sodisfattli l-kerrej kien ser ibati aktar minn sid il-kera jekk ir-rikors jigi milqugh. F' din ic-cirkostanza t-talba ghar-ripreza kienet tigi michuda";


Huwa evidenti minn din l-inkwadratura illi pre-rekwizit sine qua non ghar-ripreza tar-raba fuq dik il-kawzali hi l-prova tal-bzonn. Minn kif koncepita n-norma tal-ligi, huwa essenzjali:

(a) li r-ripreza tal-fond tkun mehtiega ghal skopijiet agrikoli;

(b) illi sid il-kera kien qed jitlob ripreza tieghu biex juza r-raba personalment jew biex jigi wzat minn xi membru tal-familja tieghu personalment;

(c) li allura l-persuna kwalifikata skond din id-disposizzjoni biex taghmel uzu mir-raba, tkun gabillott jew li jixtieq jagixxi bhala bidwi;

Indubbjament il-bzonn ekonomiku, u cioe il-htiega li s-sid jirriprendi l-pussess tal-fond biex jahdmu hu u jzid l-introjtu tieghu u tal-familja hu forsi l-iktar wiehed ovvjuu ndiskutibbli. Mhux eskluz pero` li jista' jkun hemm bzonnijiet ohrajn inqas apparenti, imma daqstant iehor validi, biex jawtorizzaw ir-ripreza tal-fond mis-sid li jehtieglu jipprova li t-talba tieghu ma kienetx kapriccjuza imma kienet immirata biex tissodisfa xi bzonn tieghu jew tal-familja tieghu;

Hu x' inhu, il-piz tal-prova ta' dan il-bzonn jaggrava dejjem fuq is-sid li jehtieg juri mhux biss li ghandu bzonn jirriprendi lura r-raba ghal htigijiet tieghu jew ta' xi membru tal-familjatieghu imma wkoll li qed jagixxi in buona fede;

Ma huwiex permissibbli, lanqas fil-kaz ta' fond rustiku, attiz il-kliem precizi ta' l-Artikolu 4 (2) (a) tal-Kapitolu 199, illi s-sid jirriprendi l-pussess tal-fond biex ibieghu. F' kaz ta' talba b' dak l-iskop minn dejjem kien ritenut illi jonqos il-bzonn fil-lokatur, anke ghaliex dan ma kienx jikkwalifika ghal dak li trid il-ligi fit-termini precizi tad-dispost imsemmi;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni