Reference: 1342/1999/1

Judgement Details


Date
23/11/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
HOGAN MARYANNE ET vs CAVALLARO CARMEN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AZJENDA KUMMERCJALI, LOKAZZJONI TA` - LOKAZZJONI, AZJENDA KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, AZJENDA KUMMERCJALI - META S-SID IZOMM IL-LICENZI KUMMERCJALI
Summary
Meta kontrattazzjoni ghandha bhala oggett taghha l-avvjament u l-attrezzi ta' hanut u fl-istess hinl-inkwilinat tal-fond fejn il-hanut hu ezercitat, l-avvjament u l-attrezzi jikkostitwixxu l-oggett principali u prevalenti tan-negozju di fronte ghall-inkwilinat li minghajr l-avvjament u l-attrezzi ma kienx ikollu valur specjali. In-negozju hu inxindibbli u ghandu jkun karaterizzat mill-importanzata' l-oggett principali tieghu.

B' avvjament wiehed jifhem dik l-attitudni ta' l-azjenda fil-krejazzjoni tal-potenzjalita` ekonomika taghha. Kif ahjar spjegat, "il-kelma 'avvjament' tfisser ordinarjament it-trawwim ta' post ghan-negozju; u ghalkemm l-avvjament ta' post hu ta' valur akbar meta l-generu tan-negozju ezercitat fih precedentement ikun l-istess, din pero` hi kwestjoni ta' gradazzjoni fil-valur tieghu, ghax hemm ukoll avjament fil-fatt li l-post ikun gie qabel uzat ghal xi negozju, ukoll jekk divers. L-importanti hu li n-nies ikunu jafu l-post bhala stabbiliment, bhala negozju.

Ma jistax jingibed illi ghax l-avvjament ma ssemmiex espressament fil-kuntratt fil-kaz prezenti kien hemm biss lokazzjoni ossija sullokazzjoni ta' bare premises.

Ghall-kompletezza,huwa pacifiku illi "hafna drabi meta jkun mikri hanut dan ikollu mieghu certu nom, u dan ikun marbutb' mod indivizibbli mal-fond stess.

Il-fatti illi s-sid zamm il-licenzji fuq ismu u ma dawwarhomx f' isem l-appellant, juri illi dak li kien qieghed jikrilu kien biss il-bini.

Jekk waraxi snin l-attrezzi inbidlu jew zdiedu dan ma jfisserx, kif qed jippretendi l-konvenut, li b' daqshekk meta saret it-twellija ma kienx hemm l-attrezzi necessarji.

Wiehed irid ihares lejn dak lifl-intendiment tal-kontraenti kien l-oggett veru u sostanzjali tal-kuntratt u jekk hux cjoe il-binifih innifsu bhala lokal jew inkella principalment l-azjenda kummercjali bhala tali gestita fih.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info