Reference: 1379/2002

Judgement Details


Date
24/10/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
AZZOPARDI JOSEPH
Parties
ZAWISLA RENATE ET vs V. DEBONO AND SONS CO LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, AZZJONI GHAD-DANNI META BINI MA JKUNX KOPERT B`PERMESS GHALL-IZVILUPP - PERMESS GHALL-IZVILUPP, AZZJONI GHAD-DANNI META BINI MA JKUNX KOPERT B`PERMESS - PERMESS GHALL-IZVILUPP, AZZJONIJIET DISPONIBBLI LIL TERZI META BINI MA JKUNX KOPERT B`PERMESS
Summary
L-artikolu 1390 tal-Kodici Civili jorbot lix-xerrej biex jekk jitlob id-danni minhabba li l-kwalita'tal-oggett mibijugh ma tkunx skond kif imwieghed irid fi kliem il-ligi, jirrifjuta l-haga. Fi kliemiehor irid jannulla l-kuntratt u jitlob id-danni. L-alternattiva skond l-artikolu msemmi huwa li tistitwixxi l-azzjoni aestimatoria fejn tintalab riduzzjoni fil-prezz. Din l-alternattiva m'hijiex precizament azzjoni ghad-danni.

Jekk bejjiegh jiddikjara li l-permessi jezistu, qieghed jassumiobbligazzjoni versu x-xerrej li dan huwa fatt u jista' jitlob id-danni bid-differenza li fil-waqt lifl-azzjonijiet kontemplati fl-artiklu 1390 l-attur ma ghandhux ghalfejn jipprova li l-konvenut kienjaf bid-difett jew nuqqas ta' kwalita' ghaliex dawn il-garanziji johorgu awtomatikament mall-kuntratt ta' bejgh, jekk jitlob biss id-danni skond il-principji normali tad-dritt kontrattwali, irid igibil-prova skond l-istess principji ossija li d-danni gew ikkawzati b'nuqqas tal-konvenut. Dan anke ghaliex il-kliem tal-Artikolu 1390 jindika li qed jikkontempla sitwazzjoni differenti fejn jghid li x-xerrej jista jirrifjuta l-haga. Wiehed isibha difficli jimmagina sitwazzjoni fejn ix-xerrej jirrifjuta l-oggett mibjugh meta jinduna bin-nuqqas wara li jkun xtrah u ha l-pussess tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info