Referenza: 1717/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/10/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
ATTARD STEFAN vs SINDKU (FGURA) ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IMPJIEG, PERSUNA LI TOKKUPA MANAGERIAL POST - IMPJIEG, WARNINGS VERBALI
Fil-Qosor
Ghalkemm hu desiderabbli li haddiem jinghata written warnings qabel ma jittiehdu kontrih passi dixxiplinari ulterjuri anki twissijiet verbali meta mehuda ma' cirkostanzi li, mehudin flimkien, kienu jiggustifikaw it-terminazzjoni tal-impieg, ma jistax jinghad li tkeccija tkun minghajr raguni tajba usufficjenti skond il-ligi.

Huwa principju ta' relazzjonijiet industrijali li persuna li tokkupa 'managerial post' trid ikollha mhux biss esperjenza u kwalifiki mehtiega, imma trid tkun taf tmurmas-superjuri taghha u mal-haddiema li jkunu tahtha. Sid ghandu aktar diskrezzjoni meta jigi biexjittermina l-impieg ta' manager milli haddiem, nghiduha hekk, fuq il-linja. In-nuqqas ta' dan ta' l-ahhar mhux dejjem jista' jkun krucjali ghal employer u l-karattru tieghu lanqas ma, generalment, ikun importanti, ghax ftit li xejn jkollu kuntatt mad-dirigenti; l-importanti li jmur tajjeb mal-haddiema shabu u jaghmel il-parti tieghu bil-galbu. Manager, min-naha l-ohra ghandu rwol importanti f'ufficcju jew fabbrika. Hu jrid juri 'a good attitude' mal-haddiema ta' thatu sabiex dawn ma jgorrux hafna fuq ix-xoghol u jrid ukoll ikollu relazzjoni tajba mad-dirigenti tal-kumpanija u jrid jirbah il-fiducja taghhom, billi juri li jaf imexxi, ghandu 'good managerial skills', u kapaci jottjeni r-rizultati li huma jkunu qed jistennew minghandu".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni