Referenza: 782/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/10/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
FARRUGIA SACCO LINO
Partijiet
ELLUL SULLIVAN JOSEPH NOE vs TABONE TANCRED NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZZJONI GHALL-HLAS TA` NOL, TERMINU TA` DEKADENZA GHALL-ISTITUZZJONI TA` - DEMURRAGE, DEFINIZZJONI TA` - PRESKRIZZJONI, ART. 544(A) KAP. 13 - DEFINIZZJONI TA` NOL - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI KWINKWENNALI TAHT L-ARTIKOLU 2156 TAL-KAP. 16 TAPPLIKA GHAL KREDITI TA` FLUS BISS
Fil-Qosor
L-artikolu 2156(f) tal-Kodici Civili jiddisponi:
"L-azzjonijiet hawn taht imsemmija jaqghu bi preskrizzjoni bl-eghluq ta' hames snin:
(f) l-azzjonijiet ghall-hlas ta' kull kreditu iehor li gejminn operazzjonijiet kummercjali jew minn hwejjeg ohra, meta l-kreditu ma jkunx jaqa', skond din il-ligi jew ligijiet ohra taht preskrizzjoni aqsar, jew ma jkunx jirrizulta minn att pubbliku."

Il-preskrizzjonijiet qosra huma kollha eccezzjonijiet ghar-regola generali tal-preskrizzjoni li nsibu fl-artikolu 2143 tal-Kodici Civili. Ghalhekk, bhal kull eccezzjoni ohra, il-preskrizzjonijiet qosra ghandhom jinghataw interpretazzjoni restrittiva.

Fejn fl-artikolu 2156(f) jinghad "ghall-hlas ta' kull kreditu iehor." dik il-kelma "iehor" turi bic-car illi l-legislatur qieghed jikkommetti din id-dispozizzjoni mas-sezzjonijiet precedenti, fejn huma ndikati krediti specifici u ghalhekkdak il-kreditu ghandu jkun eiusdem generis skond ir-regola komunament accettata fil-gurisprudenza.

Huwa ghalhekk principju stabbilit fil-gurisprudenza li l-preskrizzjoni taht l-artikolu 2156(f) hija soggetta ghal interpretazzjoni eiusdem generis. Ghaldaqstant, il-kelma "kreditu" minhabba fir-restrizzjoni tar-regola ta' interpretazzjoni ta' eiusdem generis, tigbor fiha biss jeddijiet li huma ta' l-istess natura bhal jeddijiet l-ohra msemmija fl-artikolu 2156. F'dan il-kuntest, ta' min ighid li l-ebda wiehed mill-krediti msemmija fl-artikolu 2156 ma huwa kreditu ta' obbligazione di fare, imma huma kollha obbligazzjonijiet ghall-hlas ta' flus. Dan igib mieghu l-effett li l-obligazzjoni li kontra taghha titressaq eccezzjoni bhal din trid tkun wahda ghall-hlas ta' flus.

Jidherilli l-krediti msemmija fid-dispozizzjoni tal-ligi 'l fuq indikata jirrigwardaw bhala regola dawk li jkollhom bhala oggett flus; jigifieri dawk tal-prestazzjonijiet accessorji, jirrigwardaw dejjem oggett li jkun flus, u dawk tal-prestazzjonijiet principali jirrigwardaw oggett li jkun jew flus jew haga fungibbli bhal ma huma l-flus."

"Kull kreditu iehor, hemm imsemmi ma ghandux jiftiehem illi jista' jkun kwalunkwe kreditu jkun li jkun, imma dak biss li mhux imsemmi espressament fl-istessdispozizzjoni u li jkollu l-istess natura bhal flus.."

Dan ifisser li din il-preskrizzjoni tapplika ghal zewg ordni ta' krediti: jigifieri l-prestazzjonijiet accessorji jkunu liema jkunu, u whud mill-prestazzjonijiet ewlenin jew principali. Tal-ewwel jirrigwardaw dejjem oggett li jkun flus,filwaqt li tat-tieni jirrigwardaw flus jew haga fungibbli bhalma huma l-flus.

Il-preskrizzjoni taht l-artikolu 544(a) tal-Kodici Kummercjali li jghid:

"L-azzjonijiet li gejjin jaqghu bil-preskrizzjoni kif sejjer jinghad hawn taht:

kull azzjoni ghall-hlas ta' nol, sena wara lijispicca l-vjagg."

Il-hlas ta' "demurrage" ma jaqax taht l-Artikolu 544(a) billi ma jikkwalifikax bhala "nol" li bl-Ingliz huwa "freight". Inghad li "demurrage allura ma huwa xejn hlief danni ghad-dewmien, tip ta' danni li huma kontemplati fil-Kodici Civili (artikolu 1130)". Fil-fatt demurrage hija "the detention of a ship by the freighter beyond the number of the days - called lay days -allowing for loading or unloading, and the sum fixed by the contract of affreightment as payable tothe ship owner for such detention." Din naturalment tpoggi demurrage u freight taht kuncetti differenti ghax "freight is the reward payable to a carrier by sea for the safe carrage and delivery of goods." Huwa ormai stabbilit fil-gurisprudenza nostrana li "demurrage" u "freight" huma differenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni