Referenza: 1924/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/10/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
GROBETT HOLDINGS LTD. vs ABELA STEVE ET PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SENTENZA, EXTRA PETITA - TRIBUNAL DWAR TALBIET ZGHAR
Fil-Qosor
Huwa principju maghruf illi fl-ghoti ta' sentenza l-imhallef civili ghandu joqghod rigorozament fil-limiti tal-kontestazzjoni. Fuq kollox huwa ghandu joqghod strettament ghat-termini tal-kawzali u tat-talba kif migjuba fic-citazzjoni. Is-sentenza ghalhekk kellha tirrispekkja dik it-talba konsiderata fid-dawl tal-provi prodotti u tal-principji tad-dritt applikabbli ghalihom u tenut kont ta' l-eccezzjonijiet tal-konvenut. Kif ritenut, ma huwiex lecitu li l-kawza tigi maqtugha fuq kawzali differenti minn dik espressa fic-citazzjoni;

Fermi dawn il-principji, huwa principju iehor ben notorju u saldat illi l-legislazzjoni u l-gurisprudenza taghna ilhom progressivament jirrifuggu mill-formalizmu eccessiv, fonti ta' litigi zejda u prokrastinazzjoni inutili, specjalment fejn ma tkunx tirrizulta l-effettiva vjolazzjoni tal-ligi.

Linejarment ma' dan il-hsieb jinsab deciz illi l-Qorti ma kellhiex tmur ghall-eccess tal-formalizmu ezagerat bazata fuq is-sens letterali tal-kelma espressa b' mod li jigi eskluz l-ispirtu tal-ligi jew kull ezercizzju legittimu ta' analogija anki per equipollens - ezercizzju dan illi hu rikonoxxut mill-gurisprudenza, u li hu kultant mehtieg biex jaghti sinifikat korrett lill-azzjoni kif proposta, jiffavorixxi l-ekonomija tal-gudizzju u jassigura gustizzja bejn il-partijiet.

Dawn il-principji gew enuncjati ghar-rigward ta' procedimenti quddiem il-qrati ordinarji li, allura, huma regolati bid-disposizzjonijiet tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili.

Fil-kaz tat-Tribunal dwar Talbiet Zghar, appozitament statwit b'disposizzjonijiet partikolari u bi kriterji differenti minn dawk previsti mil-ligi fil-kaz tal-Qrati ordinarji, certament mhux biss hemm l-element ta' ekwita` fl-Att V ta' l-1995, imma hemm manifest il-hsieb tal-legislatur li f' kazijiet b' talbiet zghar quddiem tribunal specjali, mahluq ad hoc, dan l-istess Tribunal jimxi bi speditezza, bl-anqas formalizmu possibbli, minghajr naturalment ma jikser id-disposizzjonijiet tal-ligi li holqitu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni