Referenza: 167/1986/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/08/2001
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH
Partijiet
VELLA JOSEPH MARY ET vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA ET, BONELLO CARMELO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ASSOLUTEZZA TAL-PROTEZZJONI MINN TRATTAMENT INUMAN JEW DEGRADANTI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, AZZJONI GHAL RIMEDJU MHIX SOGGETTA GHAL EBDA PRESKRIZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DEWMIEN FL-ISTITUZZJONI TA` AZZJONI GHAL RIMEDJU - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, KRITERJI GHALL-LIKWIDAZZJONI TA` KUMPENS - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LEGITTIMU KONTRADITTUR - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NATURA TAL-AZZJONI GHALL-KSUR TA` - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, OBBLIGU TAL- ISTAT LI JWAQQAF U JIRRIMEDJA GHAL VJOLAZZJONI TA` - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RESPONSABILITA` DIRETTA GHALL-VJOLAZZJONI TA` - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RESPONSABILITA` INDIRETTA GHALL-VJOLAZZJONI TA` - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RESPONSABILITA` TAL- ISTAT - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RIMEDJI DISPONIBBLI GHALL-KSUR TA` - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, TLIET TIPI TA` KONVENUT - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, TRATTAMENT INUMAN JEW DEGRADANTI
Fil-Qosor
L-artikolu 36 (allura 37) tal-Kostituzzjoni ta' Malta jimponi tassattivament li hadd ma kellu jigi assoggettat ghall-piena jew trattament inuman jew degradanti. Disposizzjoni din tista' tghid identika ghall-artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropeja dwar il-jeddijiet tal-bniedem :- "Hadd ma ghandu jkun assoggettat ghal tortura jew ghal trattament jew piena inumana jew degradanti". Dan hu wiehed mill-ftit drittijiet fondamentali redatti f'termini assoluti li l-Kostituzzjoni, bhall-Konvenzjoni, ma tipprovdi l-ebda deroga ghalih kif ghal kuntrarju taghmel ghal diversi jeddijiet fondamentali ohra.

L-Istat, rinfaccjat b'sitwazzjoni fejn ikun oggettivament stabbilit li giet kagjonata vjolazzjonita' jedd fondamentali - multo magis meta dan ikun hekk determinat tramite gudikat - kellu obbligu li minnufih jiehu passi biex tali vjolazzjoni mhux biss immedjatament tieqaf imma wkoll tigi kemm jista' jkun malajr rimedjata.

Fil-kazijiet fejn il-vjolazzjoni ta' xi wiehed mid-drittijiet fondamentali u l-libertajiet tal-individwu issir minn xi impjegat tal-Gvern waqt li jkun qieghed jagixxiezekuttivament jew amministrattivament bhala regola ghandu jirrispondi ghal dik il-vjolazzjoni l-Gvern jew il-Ministru li huwa responsabbli ghal u ghandhom il-kontroll ta' dan l-ufficjal. Meta dik il-vjolazzjoni tammonta wkoll ghal rejat, delitt jew kontravenzjoni, allura ghandu jirrispondi wkolll-persuna li ghamlet ir-rejat.

L-azzjoni hi principalment kontra l-Istat bhala garanti tad-drittijiet fondamentali tal-individwu. L- Istat ghandu fl-ewwel lok jirrispondi ghall-vjolazzjoni ta'dawn id-drittijiet mil-funzjonarji tieghu li jservuh.

Ir-responsabbilita' tal- Istat hija diretta meta l-vjolazzjoni tkun l-effett tal-politika tal- Istat u indiretta u garantitistika meta jkun l-effett tal-operat illegali tal-impjegati. Ghalhekk jirrispondi jew bhala ezekutur principali jew bhala garanti tal-impjegati tieghu.

L-azzjonijiet ghar-ridress tal-vjolazzjonijiet tal-jeddijiet fondamentali huma qabel xejn azzjonijiet ta' natura pubblika mressqa mill-individwu kontra l-Istat. Kien ghalhekk li l-Istat li f'azzjonijiet ta' din ix-xorta kellu jassumi qabel xejn ir-responsabbilita' ghall-allegati vjolazzjonijiet tal-jeddijiet u libertajiet protetti fil-Kapitolu IV tal-Kostituzzjoni u elenkati fl-Att XIV tal-1987.

F'kawza dwar allegat ksur ta' jedd fondamentali hemm tlett xorta ta' konvenuti :-

1. L-ewwel kategorija tikkomprendi dak li huwa allegat li huma direttament jew indirettament responsabbli ghall-kummissjoni jew ommissjoni ta' xi fatt li jikser xi dritt fondamentali protett mil-ligi.

2. Fit-tieni kategorija huma dawk li ghall-ommissjonijiet jew kummissjonijiet tal-persuni tal-ewwel kategorija jistghu jkunu responsabbli biex jaghtu jew jiffornixxu r-rimedji li s-sentenza li takkolji l-lament tal-ksur tad-dritt fondamentali tissanzjona.

3. Fit-tielet kategorija mbaghad hemm dawk il-partijiet kollha li jkunu in kawza metal-kwistjoni kostituzzjonali tinqala' fuq jew waqt xi proceduri gudizzjarji."

Ghalkemm il-Prim'Ministru u d-Deputat tieghu ma kienux direttament responsabbli ghall-allegata vjolazzjoni, dawk il-persuni li jirrapprezentaw dawn il-fonti rimedjali qatt ma jista' jinghad li mhumiex il-legittimi kontraditturi anke meta mhumiex responsabbli bl-ebda mod ghall-misfatt kostituzzjonali u m'ghandhom assolutament ebda possibbilita' li jinfluwenzaw b'xi mod dak il-misfatt. Dan l-insenjament hu bazat fuq id-disposizzjoni dikjaratorja fl-artikolu 32 tal-Kositituzzjoni li tenuncja l-principju illikull persuna f'Malta kienet intitolata ghall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fondamentali taghha fosthom il-hajja, l-liberta' u s-sigurta' tal-persuna abbinat mal-provvedimenti tal-artikolu 46 tal-istess Kostituzzjoni li jassigura t-twettiq tad-disposizzjonijiet protettivi ta' dawn il-libertajiet fondamentali bid-dritt ta' rikors dirett mill-individwu quddiem l-organu gudizzjarju kompetenti biex jinghata rimedju xieraq u opportun.

Il-fatt li persuna li tallega li tkun sofrietlezjoni tal-jedd fondamentali taghha u li fic-cirkustanzi normali, ddum milli tadixxi lill-Qorti kompetenti biex taghtiha ridress xieraq u adegawat seta' jirrifletti kemm fuq il-gravita' tal-lezjoni allegata kif ukoll fuq ix-xorta ta' rimedju indikat. Konsiderazzjoni din pero' li tapplika ghac-cirkostanzi ta' normalita' meta l-vittma setghet tirrikorri ghall-protezzjoni tal-organi gjudizzjarji bla biza' ta' ritorzjoni. In oltre din il-konsiderazzjoni kienet tvarja fl-applikazzjoni taghha skondit-tip ta' vjolazzjoni. Kjarament mhux il-lezjonijiet kollha tad-diversi jeddijiet fondamentali kellhom l-istess effett fuq il-persuna tal-individwu. Min ikun gie assoggettat ghal trattament degradanti u inuman u min ikun ghadda minn esperjenza ta' tortura ma jista' qatt jitqies li jippregudika d-dritt tieghu li jfittex ridress bis-semplici trapass taz-zmien. Iz-zmien seta' jfejjaq il-feriti.Ma kienx pero' jfejjaq il-lezjoni tal-jedd fondamentali.

Fin-nuqqas ta' provvediment statutorju li jirregola l-materja, l-azzjoni li torigina mill-vjolazzjoni tal-jedd fondamentali ma kienetsoggetta ghall-ebda preskrizzjoni estentiva. Id-dewmien tal-vittma biex jagixxi ma kienx allura jippregudika d-dritt ta' azzjoni. Seta' biss ikun fattur li jinfluwixxi fuq l-apprezzament tal-gravita' tal-allegata vjolazzjoni.

Kull persuna hatja jew le ghandha d-dritt li ma tigix torturata ujekk tigi, kemm jekk tkun hatja u kemm jekk le, kull stqarrija li taghmel bhala rizultat ta' dik it-tortura ghandha tigi skartata, irrispettivament minn jekk hemmx provi ohra dwar htija jew innocenzataghha.

Il-gurisprudenza tal-Qrati lokali anke jekk mhux dejjem konsistenti u linejari, qattma ddubitat illi l-funzjonarju li allegatament ikun responsabbli ghall-ksur tal-jedd fondamentali kellu wkoll jirrispondi personalment ghall-ghemilu anke jekk flimkien mal-Istat u solidalment mieghu.Dan ghax altrimenti jkun inikwu li jigi tenut responsabbli ghal-lezjoni kostituzzjonali l-Istat anonimu u impersonali li seta' jkun biss indirettament responsabbli ghall-akkadut in kwantu kien jimpjega l-ufficjali in kwistjoni waqt li dawn l-istess ufficjali li kienu certament il-persuni direttament involuti fl-akkadut u li kienu identifikati li kkomettew il-vjolazzjoni jigu skolpati minn kull responsabbilita' u addebitu.

Fil-kaz taht ezami non si tratta ta' azzjoni f'livell orizzontali bejn zewg individwi li tappartjeni direttament lill-kamp tad-dritt privat. Ghall-kuntrarju l-azzjoni setghet tibqa titqies bhala li hi wahda vertikali fil-konfront tal-Istat in kwantu l-appellantiqeghdin jigu citati qua funzjonarji tieghu ghal ghemil kommess minnhom fl-ezercizzju tal-funzjonijiet taghhom.

Una volta jigi accettat illi l-azzjoni dwar il-jeddijiet fondamentali kienet proprjament wahda tad-dritt pubbliku u konsegwentement il-legittimu kontradittur kellu fl-ewwel lok ikun l-Istat, hi konsegwenzjali l-assjoma illi l-provvedimenti kostituzzjonali u konvenzjonali li jipprotegu l-jeddijiet fondamentali tal-individwu kienu diretti qabel xejn biex jipprovdu ridress kontraagressjoni da parti tal-Istat u mhux da parti ta' individwi privati. Anke hawn pero' dan il-principju kellu jigi mkejjel mal-principju l-iehor li l-Istat kellu mbaghad jipprovdi kopertura shiha lill-individwu kontra l-agir ta' individwu iehor ghal agir li kien jigi kwatifikat bhala lezjoni tal-jedd fondamentali skond il-Kostituzzjoni u skond il-Konvenzjoni. Dan ifisser li fejn tali kopertura tigi nieqsa, kemm l-Istat kif ukoll l-individwu privat iehor kellhom ikunu tenuti jirrispondu ghall-lezjoni tal-jedd fondamentali - multo magis jekk dan kien ufficcjal pubbliku - dan ghaliex fil-verita', l-Kostituzzjoni mkien ma tezigi illi d-dritt ta' azzjoni kellu jkun dirett biss lejn l-Istat. Il-Kostituzzjoni tenuncja biss il-jeddijiet fondamentali bil-limitazzjonijiet taghhom. Tezigi li l-Qrati kompetenti jaghtu rimedju xieraq kull fejn tirrizulta l-lezjoni u rrispettivament minn min ikun responsabbli ghaliha u taghti access dirett ghall-Qorti lill-vittma tal-lezjoni biex jitlob u jezigir-ridress.

Una volta li tigi stabilita l-vjolazzjoni tad-Drittijiet Fondamentali, l-Qorti kellha d-dover illi tipprovdi rimedju xieraq u adegwat fit-termini tal-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni.Rimedju li f'kaz wara l-iehor f'cirkustanzi analogi, il-Qorti dejjem sabitu fil-kundanna ghall-hlas ta' ammont ta' flus intiza biex tikkumpensa ghad-danni morali u fizici inflitti bhala konsegwenzatal-lezjoni tal-jedd fondamentali li jmorru lil hinn minn kull konsiderazzjoni tal-likwidazzjoni ta'danni veri u proprji fit-termini tal-Kodici Civili.

Ir-rimedju finanzjarju fejn applikabbli fil-kaz ta' lezjoni tal-jeddijiet fondamentali mhux biss ma kellux ikun ekwiparat mad-danni attwali subiti mill-vittma imma kellu jkun jirrifletti l-gravita' tal-lezjoni u tal-oltragg fiziku u morali li jkun gie kawzat lill-persuna tal-individwu. Kellu wkoll jirrispondi ghas-sens ta' disturb socjali li kull vjolazzjoni tal-jeddijiet fondamentali, anke jekk naturalment fi gradi differenti skondil-kaz, kien necessarjament jipprovoka u f'dan is-sens il-kumpens likwidat arbitrio boni viri mill-Qorti kellu wkoll iservi ta' deterrent u piena ghal min jikkometti l-vjolazzjoni u sodisfazzjon gustghall-vittma.

Il-Kostituzzjoni fl-artikolu 46 ma kienet timponi l-ebda limitazzjoni fuq ix-xorta ta' rimedju xieraq u adegwat li l-Qorti setghet takkorda sabiex twettaq jew tizgura t-twettieqta' kull wahda mid-disposizzjonijiet tal-artikolu 33-45 tal-istess Kostituzzjoni. Thalli r-rimedjughal kollox f'idejn id-diskrezzjoni tal-Qorti u thalli l-apprezzament ta' x'kien xieraq u adegwat fis-sens ta' gustizzja u ekwita tal-gudizzju taghha.

L-artikolu 46 jaghti lill-Qorti Kostituzzjonali setgha li taghmel qualsiasi ordni sabiex tipprovdi rimedju ghall-ksur kostituzzjonali. Danajinkludi wkoll is-setgha li tiddikjara li stqarrija ta` htija moghtija b'rizultat ta' tortura u trattament inuman u degradanti, u ghalhekk bi ksur ta' l-artikolu 37 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, ma kienux ta' min joqghod fuqhom, u li ma jiswewx.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni