Referenza: 380/1987/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/10/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
ABELA COSTANTINO vs AZZOPARDI GEORGE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IMGHAX, FORMA TA` L-INTERPELLAZZJONI MEHTIEGA - IMGHAX, META MA SSIRX TALBA AD HOC FIC-CITAZZJONI - IMGHAX, SEJHA GHALL-HLAS B`ATT GUDIZZJARJU
Fil-Qosor
Anki fl-att ta' citazzjoni fejn ma ssirx talba sabiex fuq il-kapital mitlub jiddekorri l-imghax, il-Qorti xorta wahda tista' tikkundanna lill-konvenut ihallas il-kapital bl-imghax.

Dana qed jinghad in vista ta' dak illi jipprovdi s-subartikolu tnejn (2) ta' l-artikolu 1141 tal-Kodici Civili.Dan l-artikolu shih jiddisponi hekk:

"1141. (1) Jekk l-obbligazzjoni tkun ta' xorta kummercjali jew jekk il-ligi tkun tiddisponi li l-imghaxijiet ghandhom jibdew ighaddu ipso jure, l-imghaxijiet ghandhom ighaddu minn dak in-nhar li l-obbligazzjoni kellha tigi esegwita.

(2) F'kull kaziehor, l-imghaxijiet ghandhom ighaddu minn dak in-nhar illi ssir sejha ghall-hlas b'att gudizzjarju, ghalkemm fil-ftehim ikun gie stabbilit zmien ghall-esekuzzjoni ta' l-obbligazzjoni."

Talbab'citazzjoni tammonta ghal "sejha ghall-hlas b'att gudizzjarju" u allura titqies li tinkludi talbaghall-imghax.

Il-kliem "sejha ghall-hlas" fic-citat artikolu 1141(2) tal-Kodici Civili jirreferi ghall-hlas tal-kapital u mhux ta' l-imghax fuqu u illi, konsegwentement, meta tkun saret it-talba b'att gudizzjarju ghall-hlas tal-kapital, jibda jiddekorri ope legis l-imghax fuq l-istess kapital.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni