Referenza: 157/2000/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/10/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
ATTARD CARMEL vs DEBONO MARIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI, SENTENZA TA` L-EWWEL GRAD - FATTI LI JIFFORMAW IL-BAZI TAR-RITRATTAZZJONI JRIDU JKUNU SARU MAGHRUFA LIR-RITRATTAND WARA LI JKUN GHALAQ IZ-ZMIEN TA` L-APPELL
Fil-Qosor
Il-fatt li ma jkunx sar l-appell m'hu fih innifsu raguni ta' eskluzjoni mir-ritrattazzjoni. Dak lil-ligi tipprovdi hu biss illi, fil-kaz ta' talba ghar-ritrattazzjoni ta' kawza deciza b'sentenza ta'Qorti ta' prim'istanza li tkun ghaddiet f'gudikat, jinhtieg illi l-parti li titlob ir-ritrattazzjoni tkun giet taf bil-fatti li jaghtu lok ghaliha wara li jkun ghalaq iz-zmien ta' l-appell. Naturalment jekk il-parti li titlob ir-ritrattazzjoni kienet taf bil-fatti li jaghtu lok ghaliha meta hi, kienet ghada tista utilment tinqeda bir-rimedju ordinarju ta' l-appell, hu sewwa li hi ma tkunx tista'tigi ammessa li tezercita r-rimedju straordinarju tar-ritrattazzjoni.

Fil-fatt, l-Artikolu 812 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili jiddisponi illi: "Ir-ritrattazzjoni ta' kawza deciza b'sentenza moghtija minn qorti ta' l-ewwel grad, u li ghaddiet f'gudikat, tista' tinghata wkoll, fuq talba tal-partijiet li jkollhom interess, f'kull wiehed mill-kazijiet imsemmijin fl-ahhar artikolu qabel dan, basta li l-parti tkun giet taf bil-fatti illi minhabba fihom titlob ir-ritrattazzjoni, wara li jkun ghalaq iz-zmien ta' l-appell."




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni