Reference: 12/2005

Judgement Details


Date
05/07/2005
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
ELLUL GODFREY vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 22 TAL KAP 101 - DRITT TAL-AVUKAT GENERALI - SMIGH XIERAQ
Summary
Ir-rikorrent f'din il-kawza kien jinsab akkuzat quddiem l-Onorabbli Qorti Kriminali bi spacc ta' droga. Huwa qajjem ilment dwar l-artikolu 22 tal-Ordinanza Dwar il-Medicini Perikoluzi (Kap. 101 tal-Ligijiet ta' Malta) li fis-subartikolu tnejn (2) taghti diskrezzjoni lill-Avukat Generali iressaq persuna akkuzata b'reat kontra dik l-Ordinanza jew quddiem l-Onorabbli Qorti Kriminali jew quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta), b'dan li jekk tinsab htija, il-persuna akkuzzata tehel, ghal kull reat,piena stabbilita fil-ligi izda li tvarja skond jekk il-persuna titressaqx quddiem l-Onorabbli QortiKriminali jew quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta). Ir-rikorrent allega li din id-diskrezzjonimoghtija lill-Avukat Generali tikser id-dritt tal-akkuzat ghal-gudizzju indipendenti u imparzjali (artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea), id-dritt tieghu li ma jinghatax piena meta l-fatt minnu maghmulma jkunx jikkostitwixxi reat meta sehh, jew li ma jinghatax piena aktar severa minn dik applikabblifiz-zmien li sehh ir-reat (artikolu 7(1) tal-Konvenzjoni Ewropea), u d-dritt tieghu li ma jkunx soggett ghal-agir diskriminatorju (artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea).

Id-diskrezzjoni moghtijabil-ligi lill-Avukat Generali ma twassalx ghan-nuqqas ta' smiegh xieraq. Is-smiegh xieraq jiddependi mill-iter processwali adoperat fil-kuntest ta' persuna akkuzata b'reat, u ma tirreferix ghad-dritt sostantiv li tahtu l-individwu jigi akkuzat. Id-dritt ta' smiegh xieraq li ghandu kull akkuzat mhux pregudikat bil-provvedimenti tal-artikolu 22(2), u ladarba tinhareg akkuza, il-process gudizzjarju hu protett bil-ligijiet li jiggarantixxu smiegh xieraq ghall-akkuzat.

Ikun hemm deskriminazzjoni meta l-kazijiet ugwali jew persuni f'sitwazzjoni ugwali jigu trattati b'mod differenti u ma jkunx hemm bazi oggettiva u ragonevoli ghal tali trattament differenti.

L-Avukat Generali ghandu funzjoni li, f'dan il-kaz, tista' titqies li hi kwazi-gudizzjarja, u ma jistax jezercita l-poteritieghu kapriccjosament imma skond il-gravita' tal-kaz. Dan hu implicitu fil-provvedimenti tal-artikolu 22(2) tal-Kap. 101, u interpretat b'dan il-mod, dak l-artikolu ma jistax jitqies diskriminatorju. Huwa principju ta' dritt amministrattiv, illi kull diskrezzjoni moghtija ma hi qatt assoluta, izda trid dejjem tigi ezercitata ragjonevolment u b'rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem; il-kuncett ta' "unfettered discretion".

Meta ligi taghti diskrezzjoni, dan m'hemmx ghalfejnjinghad, ghax hu implicitu u inerenti f'kull fakolta' diskrezzjonali moghtija lil xi awtorita' jewufficcjal kompetenti, li dik id-diskrezzjoni m'hemmx ghalfejn jinghad, ghax hu implicitu u inerentif'kull fakolta' diskrezzjonali moghtija lil xi awtorita' jew ufficcjal kompetenti, li dik id-diskrezzjoni trid tigi ezercitata bil-mod indikat, mod li trid l-ligi u l-ordinament guridiku.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info