Reference: 285/1994/2

Judgement Details


Date
21/06/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
BOFFA JOSEPH PERIT vs MIZZI JOHN A
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LIBELL, ANIMUS INIURIANDI - LIBELL, BUONA FEDE TAL-LIBELLANT - LIBELL, INTERESS GURIDIKU TA` KONGUNTI, KONSANGWINI U BENEFICJARJI TA` L-EREDITA` TAL-LIBELLAT - LIBELL, KORRETTEZZA TAL-FATTI - LIBELL, QARREJ ORDINARJU
Summary
Sentenza tal-Qorti ta' l-Appell li kkonfermat sentenza tal-Prim' Awla tal-Qorti Civili fejn gie ritenut is-segwenti:

(a) Kull reat kontemplat taht il-Kodici Kriminali jaghti lok ghall-azzjoni civili u ghar-rizarciment tad-danni (Artikolu 3 (1) u (3), Kodici Kriminali; Artikolu 1031, Kodici Civili);

(b) F'dan ku kompriz ir-reat ta' l-ingurja li b'disposizzjoni espressa (Artikolu 255,Kodici Kriminali) l-ligi takkorda lil kongunti, konsangwini u beneficjarji ta' l-eredita` d-dritt lijittutelaw l-unur tad-defunt fejn l-ingurja issir "kontra t-tifkira" tieghu.

L-interess biexwiehed jagixxi jista' jkun pekunarju u anke morali, purche` guridiku, jigifieri korrispondenti ghall-lezjoni ta' veru dritt; u ghalhekk ittra mibghuta lil persuna, li tilledi l-onorabilita` ta' persuna ohra, taghti lil dan ta' l-ahhar id-dritt li titlob il-protezzjoni tal-ligi biex tottjeni dikjarazzjoni mill-Qorti tal-falsita` tal-kontenut ta' dik l-ittra; u dan avvolja l-persuna offiza ma tkunxsofriet danni materjali.

B'qarrej ordinarju wiehed necessarjament jifhem dak li fid-duttrinaIngliza fuq is-suggett jissejjah "right-thinking person". Appuntu persuna li ma toqghodx tissottilizza imma tifhem il-kliem fil-mod ordinarju kif jinftiehem.

L-"exceptio veritatis", anke jekkdin ma qajjimiex formalment bhala eccezzjoni. Issa biex jirnexxielu f'dan, il-prova htiegilha tkun"piena, larga e sicura" fl-estensjoni kollha taghha in kwantu hadd ma jista jippretendi li jkollu licenzja ta' kritika jew kumment dwar fatti "li ma jkunux sostanzjalment veri u korretti".

L-animus iniuriandi huwa prezunt meta l-kliem li nghad huwa ingurjuz; imma din il-prezunzjoni hija iuris tantum li sservi biex tixhet fuq il-kwerelat il-piz tal-prova kuntrarja eskludenti dak l-animus.

Il-bwona fede tad-diffamatur ma ghandiex x'taqsam. Ghax xejn ma jservi lill-kwerelat li jipprova li hu jahseb li l-addebitu minnu maghmul kien veru. Darba moghtija l-eccezjoni tal-verita` tal-fatti l-unika haga li tista' issostniha hi l-prova obbjettiva tal-verita` tal-fatti, u xejn ma ghandha x'taqsam il-prova ta' l-istat subjettiv tac-certezza tad-diffamatur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info