Reference: 2940/1996/1

Judgement Details


Date
23/06/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
DEGABRIELE IGNAZIA vs ATTARD JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMPETENZA RATIONAE VALORIS, TALBA B`VALUR INDETERMINABBLI - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI DECENNALI FIL-KAZ TA` AZZJONI LI TIRRIGWARDA GID LI GEJ MINN WIRT - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI DECENNALI FIL-KAZ TA` AZZJONI LI TIRRIGWARDA GID LI GEJ MINN WIRT - NATURA AKKWIZITTIVA - SUCCESSJONI, IMMISSJONI FIL-PUSSESS TA` LEGAT - POSIZZJONI TAL-LEGATARJU QABEL MA SSEHH
Summary
Fost it-tliet cirkostanzi li l-ligi ssemmi bhala kawzi ta' valur indeterminabbli wiehed isib dawk il-kawzi li fihom il-valur tal-haga ma jirrizultax mit-talba attrici u lanqas jista' jigi determinat kif jinghad fl-artikoli l-ohrajn li jitkellmu dwar id-determinazzjoni tal-valur tal-kawza. Dan ifisser, mela, li jekk il-valur ma jissemmiex fit-talba attrici ma jgibx, fih innifsu biss, li dik il-kawza hija wahda ta' valur incert jekk dak il-valur huwa determinabbli skond l-artikoli l-ohrajn tal-Kodici;

Madankollu, jibqa' l-fatt li fejn il-valur ta' talba huwa incert jew mhux determinat, il-Qorti xierqa biex tisma' dik it-talba skond ir-rieda espressa tal-ligi hija din il-Qorti. Dan ukoll jaghmel parti mit-tifsira li taw il-Qrati taghna ghar-rigward, fejn gie stabilit b'awtorita' li l-Prim'Awla tal-Qorti Civili (u mhux il-Qorti inferjuri) kienet kompetenti tisma' l-kawza ghax l-attur ressaq talba ghal-likwidazzjoni ta' danni, minkejja li fl-istess waqt iccensuratu talli messu kienjaf li l-oghla ammont ta' kumpens li seta' jiehu ma kien qatt jisboq ammont li johrog mill-kompetenza ta' dik il-Qorti inferjuri.

Mhux kull azzjoni li tirrigwarda gid li gej minn wirt taqa' taht iz-zmien preskrittiv tal-artikolu 845. Wiehed irid jaghraf bejn azzjoni ghas-sehem fil-wirt (petitio hereditatis) u azzjoni dwar gid li kien jaghmel minn wirt, bhal fil-kaz ta' azzjoni ghall-qasmata' gid komuni mnissel minn wirt. L-istess jinghad dwar xi ghamla ta' azzjoni li timmira ghal xi aspett partikolari tal-process tal-likwidazzjoni jew tmexxija ta' gid f'wirt.

Iz-zmien mahsubfl-artikolu 845 gie mfisser bhala wiehed preskrittiv u mhux ta' dekadenza, u ghandu minn zmien ta' preskrizzjoni akkwizittiva. Il-principju li fuqu huwa mibni l-imsemmi artikolu huwa dak li jwaqqafkawzi ta' wirt jew sehem minn wirt kontra min, ghaz-zmien ta' ghaxar snin, ikun zamm f'idejh bhala sid il-gid tal-wirt jew ta' dik il-parti li dwarha titmexxa kontrih l-azzjoni ereditarja

Madankollu u b'effett dirett tan-natura essenzjali tal-preskrizzjoni mahsuba f'dak l-artikolu, inghad lipersuna li ma zzommx ghandha hwejjeg jew assi minn wirt bhala taghha, ma tistax tressaq favuriha l-preskrizzjoni tal-ghaxar snin tal-petitio hereditatis li dwarha jitkellem l-artikolu taht ezami.

Filwaqt li m'hemm l-ebda dubju li l-uzufruttwarju huwa legatarju, it-talba ta' uzufruttwarju biexjithallas il-frottijiet li jitnisslu mill-hwejjeg tal-wirt milquta bil-legat tieghu ma tistax titqies bhala talba ghat-tqeghid fil-pussess tal-legat, liema pussess huwa implicitu fit-talba nnifisha ghall-hlas tal-imsemmija frottijiet.

Biex tirnexxi l-eccezzjoni taht l-artikolu 845 tal-KodiciCivili (bhalma huwa mehtieg f'kull kaz ta' eccezzjoni ta' preskrizzjoni akkwizittiva taht l-artikolu 2140 tal-istess Kodici) irid jintwera li min ikun gie mfittex biex irodd il-haga mhollija b'wirt (x'aktarx, izda mhux bilfors, taht titolu partikolari) lill-parti attrici, irid ikun zamm pussess shih ta' l-haga mitluba daqslikieku kienet tieghu (animo domini) ghaz-zmien kollu preskrittiv. Jehtieg jintwera wkoll li, ghal tul dak iz-zmien kollu, min ikun zamm f'idejh dawk il-hwejjeg tal-wirt ikun ghamel hekk b'bona fidi. Minhabba li l-bona fidi hija prezunta, min jallega l-mala fidi jrid jipprova allegazzjoni bhal dik.

Huwa minnu li l-proprjeta' ta' haga mhollija b'legat tghaddi ghand il-legatarju mal-mewt tat-testatur, izda l-pussess tal-haga jghaddi ghand il-werrieta u huwa minhabba f'hekk li tehtieg li ssir it-talba mil-legatarju biex jitqieghed hu fil-pussess tal-haga mhollija lilu. M'hijiex haga meqjusa bhala prudenti u ta' min jissuggeriha li legtarju jonqos milli jitlobformalment li jitqieghed fil-pussess ta' legat bit-tama li l-pussess jiksbu mod iehor, u dan ghaliex anke jekk jigi biex jirrivendika l-haga (lizjed jekk tkun mobbli) minn idejn terz li jkun kiseb il-haga, il-legatarju irid juri li kien diga' tqieghed fil-pussess formali tal-legat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info