Referenza: 141/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/06/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
VELLA JOHN ET vs GATT DENNIS ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KONDOMINJU, INSTALLAZZJONI TA` LIFT
Fil-Qosor
Din kienet kawza dwar installazzjoni ta' lift f'kondominju. Senjatament jekk l-installazzjoni tal-lift ai termini ta' l-Artikolu 8(5) ta' l-Att dwar il-Kondomiju kienetx ser tohloq jew le "pregudizzjuserju" ghal-comdomini li kienu qed joggezzjonaw ghal-installazzjoni tieghu.

Gie ritenut lil-installazzjoni ta' lift kienet innovazzjoni. F'kull kaz l-innovazzjoni ma tkunx trid tikkomprometti t-tgawdija l-fakolta` ta' godiment tal-haga komuni mill-kondomini kollha, lanqas ma tista' tbiddel id-destinazzjoni ta' l-istess. Madanakollu gie ritenut mill-Qorti ta' Kassazzjoni Taljana li dawkl-innovazzjonijiet li minkejja li jnaqqsu xi ftit it-tgawdija tal-kondomini jirrizultaw f'vantagg akbar ghall-komunita`, huma permissibbli.

Il-pregjudizzju mhux biss, skond il-ligi, irid ikun "serju", izda ma jridx inholoq bil-fatt stess tal-installazioni ta' lift. Fil-principju, lift jista'jigi installat anke minn wiehed mill-condomini, ma jistax jinghad li l-istallazioni ta' lift, per se, johloq pregjudizzju, ghax kieku kienet hekk is-sitwazzjoni, ebda lift ma jkun jista' jigi installat. Il-pregjudizzju, allura, irid ikun lil hin mis-semplici installazioni ta' lift. Wiehed jista'jghid li kull istallazzjoni ta' lift tohloq xi prejudizzju (ez. nuqqas ta' arja u dawl), izda biex jinzamm l-istallazzjoni irid jirrizulta pregjudizzju ta' certa gravita' u li tostakola l-uzu tal-partijiet l-ohra komuni da parti tal-condomini l-ohra.

Il-Qorti qieset li l-istallazioni tal-liftkienet ser tkun pass ferm il-quddiem u gwadan kbir imqabbel mat-telf li kienu ser isofru xi residenti bil-fatt li ma jistghux juzaw it-twieqi tas-shaft b'mod assolut kif setghu qabel.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni