Referenza: 1616/1993/3

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/06/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
VELLA JOSEPH NOE vs MIGNECO ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BEJGH, IL-QORTI GHANDHA TQAJJEM EX OFFICIO D-DEKADENZA FL-AZZJONI REDHIBITORJA JEW AESTIMATORJA - BEJGH, META X-XERREJ IZOMM L-OGGETT DIFETTUZ - BEJGH, MINN META JIBDA JIDDEKORRI L-PERIJODU TA` DEKADENZA GHALL-ISTITUZZJONI TAL-ACTIO REDIBITORIA U ACTIO AESTIMATORJA - BEJGH, TERMINU GHALL-AZZJONI REDHIBITORIA U ESTIMATORIA HUWA TERMINU TA` DEKADENZA
Fil-Qosor
Mhux mistenni li hekk kif l-oggett jiskontra hsara, il-kompratur jiddeciedi li dak hu difett u jressaq mil-ewwel l-azzjoni redibitorja. Ma hux logiku li wiehed jirritjeni li, malli x-xerrej jirriskontra xi rregolarita' fil-funzjonament, jikkonkludi li din l-irregolarita' hi difett, li qed jirrendil-apparrat minnu mixtri mhux tajjeb ghal uzu mahsub, u fil-pront jistitwixxi l-azzjoni, imma jidheraktar logiku li jinghad li f'kaz simili stante l-possibilita' li si tratta, mhux ta' veru difett, imma ta' semplici rregolarita' facilment riparabli, li x-xerrej jirrikorri lill-bejjiegh, biex dan, sija pure taht il-garanzija li soltu tigi rilaxxata ma bejgh ta' attrezzi simili, jipprovdi ghar-riparazzjoni. It-terminu ghall-azzjoni jibda jghaddi mhux meta l-kompratur ikun jaf li l-oggett fih xi difett, izda min meta jkun jaf li l-ogget hu definitivament difettuz. Min naha l-ohra, meta d-difettjibqa' kostantement jimmanifesta ruhu fl-oggett u dana ghal-perjodu twil, il-kompratur ghandu jirrealizza li l-oggett kien definitivament difettuz u ghandu jagixxi kif trid il-ligi.

It-terminughall-azzjoni redibitorja huwa terminu ta' dekadenza. Perjodu ta' dekadenza mhux soggett ghar-regoli ta' sospensjoni jew ta' interruzzjoni; dak it-terminu mhux prorogabbli.

Skadut dak it-terminu, l-azjoni mhix aktar ammisibbli u l-Qorti, ghalhekk, tista' u anzi ghandha tissoleva dan il-puntex officcio.

La darba it-terminu hu perentorju tad-dritt "lanqas hi ammessa rinunzja ghall-eccezzjoni bhal din".

Skond il-gurisprudenza, biex kompratur jista' jirnexxi b'azjoni redibitorja, m'ghandux izomm l-oggett ghandu, izda ghandu jirritorna l-oggett lill-venditur jew jiddepozitahtaht l-awtorita' tal-Qorti. Iz-zamma tal-oggett mill-kompratur huwa inkompatibbli mal-azjoni intizaghar-rixissjoni tal-bejgh.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni