Referenza: 469/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/06/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
PERALTA VICTOR ET vs CURMI MARIA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI
Fil-Qosor
Huwa pacifikament konkordat illi "l-kompetenza tal-Qorti hi determinata fuq kollox, u qabel kull konsiderazzjoni ta' l-eccezzjonijiet moghtija, mit-termini ta' l-azzjoni attrici. Hu l-att promotur kif intavolat, it-talbiet u l-premessi taghhom li jifformaw il-parametri li fihom il-qorti kellha tezercita l-gudizzju taghha u li allura jiddeterminaw il-kompetenza taghha".

In linea ta' principju generali gie bosta drabi deciz illi talba ghall-izgumbrament minhabba vjolazzjoni ta' patt espress jew tacitu kontrattwali kienet tispetta b' kompetenza lit-tribunal ordinarju. Tali talba hija differenti minn dik li ordinarjament issir quddiem il-Bord sabiex is-sid jigi awtorizzat ma jirrilokax.

Il-gurisdizzjoni tal-Bord statutorjament limitat ghal kazijiet espressi fil-ligi specjali, uzgur eccezzjonali, ma ghandhiex tigi estiza b' mod li tinvadi l-isferi tal-gurisdizzjoni ta' tribunali ta' gurisdizzjoni generali u ordinarja, kontra kwalunkwe principju li ghandu jirregola l-organizzazzjoni gudizzjarja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni