Referenza: 929/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/06/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
GALEA CARMELA vs JONES EVELYN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, INTERPRETAZZJONI TA` L-ARTIKOLU 1322(3) TAL-KODICI CIVILI - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, PROCEDURI QUDDIEM IL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA
Fil-Qosor
Gie diversi drabi stabbilit mill-Qrati taghna li huma biss dawk l-atti elenkati fl-artikolu 1322(3)(a) sa (m) li ghandhom jitqiesu ta' natura straordinarja, u, ghalhekk, ghandhom jinghataw interpretazzjoni restrittiva.

Minn ezami tal-atti elenkati fl-artikolu 1322(3), ma jirrizultax li s-sullokazzjoni ta' kirja hija imnizzla fost l-atti ta' natura straordinarja, u la darba dak l-att, fih innifsu, mhux att ta' natura straordinarja, l-effetti li jitnizzlu minn dak l-att (zgumbrament) ma jistghux jitqiesu bhala ta' indoli straordinarju. L-akkwist ta' jedd ta' uzu jew tgawdija ta' fond, hu, f'certi cirkustanzi, meqjus bhala att ta' natura straordinarja skond il-paragrafu (g), izda darbail-jedd ta' uzu dahal fil-komunjoni, kif dak il-jedd jigi amministrat jew negozjat jiddependi mir-rieda tal-mizzewgin li jistghu jagixxu wiehed indipendenti mill-ohra.

Anke jekk l-ghoti ta' sullokazzjoni jitqies bhala att ta' natura straordinarja (b'interpretazzjoni wiesgha li tista' tinghatalill-paragrafu (d) li jitkellem fuq l-ghoti ta' jedd ta' uzu ta' proprjeta' immobbli, ghalkemm danil-paragrafu jidher li jolqot biss drittijiet reali), mhux biss l-att ta' sullokazzjoni mhux qed jigi impunjat mill-attrici, izda talba ghax-xoljiment jew thassir ta' kirja, ma hux att li qieghdha taghti l-uzu jew tgawdija ta' proprjeta' immobbli, izda li qieghda tiehu lura d-dritt li kien gie hekkmoghti bil-lokazzjoni, u dak l-att mhux inkluz fost l-atti ta' amministrazzjoni straordinarja elenkati fl-artikolu 1322(3).

Meta dak l-artikolu jitkellem fuq att ta' xi thassir jew rexissjonita' att, tqies dak l-att ta' natura straordinarja f'kaz biss li jolqot jeddijiet reali fuq immobblijew qsim ta' beni (paragrafu m); kull att iehor ta' thassir ma hux att ta' amministrazzjoni straordinarja.

L-artikolu 1322(3) m'ghandux paragrafu li jqies atti ta' amministrazzjoni straordinarja kull att konsegwenzjali jew derivanti minn att iehor elenkat bhala att ta' natura straordinarja (kif wiehed soltu jsib, f'kuntest differenti, fl-objects clause ta' kumpanija kummercjali), u kwindil-att ta' amministrazzjoni straordinarja huwa biss l-att indikat, u mhux xi att iehor sussegwenti jew konsegwenzjali ghal dak elenkat. Huwa l-att indikat biss li jista' jitqies bhala att ta' naturastraordinarja, pero', dak li jsir wara l-esekuzzjoni tal-att, ikun att ta' amministrazzjoni ordinarja, ghax altrimenti kull att ikollu jsir mill-mizzewgin flimkien, u dan la kien il-hsieb wara l-emendi u lanqas ma johrog mill-istess ligi.

Min jippretendi li hu titolar ta' dritt ghandu jikawtela l-interessi tieghu hekk kif isir jaf li jkun qed isir xi haga in opposizzjoni ghal-pretiz dritt, u jekk, konxju mill-opposizzjoni, dak li jippretendi li ghandu xi dritt ihalli kollox ghaddej, majistax wara, jiftah proceduri godda, u jitlob il-protezzjoni tal-Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni