Reference: 376/2002/1

Judgement Details


Date
18/05/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MASTER ELECTRIC COMPANY LTD vs CAMELA LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PROVA, PRODUZZJONI TA` XHUD FL-ISTADJU TA` L-APPELL - SENTENZA, EBDA NULLITA` META MA JIGIX DEKRETAT RIKORS GHAS-SOSPENSJONI TAL-PROLAZZJONI
Summary
Il-fatt li l-Qorti naqset li tiddegreta r-rikors ghas-sospensjoni tal-prolazzjoni tas-sentenza dan ma jgibx ghal daqshekk illi s-sentenza hija monka. Ifisser biss illi sottintiz dak ir-rikors kien qed jigi michud.

L-Artikolu 208 (1)(d) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili jipprovdi ghall-produzzjoni ta' xhud fil-grad ta' l-appell "meta l-qorti fi grad ta' appell hija tal-fehmali x-xhieda ta' dak ix-xhud hija mehtiega jew utili".

Biex l-imsemmi subparagrafu (d) jigi applikat hemm bzonn li n-necessita` jew utilita` tieghu tkun inqalghet wara s-sentenza appellata, u mhux tkun gja ezistenti fit-trattazzjoni in prim' istanza.

Intqal ukoll illi trattandosi ta' applikazzjoni ta' ligi procedurali, indotta minn motivi ta' speditezza u ekonomija tal-gudizzju, huwanecessarju li wiehed jikkolloka ruhu mal-mument li fih min jitlob il-produzzjoni tax-xhud kien fid-dover li jipproduci l-prova relattiva. Huwa necessarju li jigi stabilit il-mument li fih ikun qam l-interess li ssir il-prova, indipendentement mill-opinjoni individwali dwar ir-rilevanza jew l-effikacja taghha, billi l-ligijiet ta' ordni pubbliku ma jammettux estensjoni jew restrizzjoni fl-applikabilita` taghhom minhabba motivi ta' indoli privata jew singolari.

Hemm bzonn biex il-Qorti figrad ta' appell ikollhom verament il-funzjoni li ghandhom ta' qrati ta' revizjoni, u biex ma jsiruxqrati ta' prim' istanza u biex dawn ta' l-ahhar ma jsirux qrati li quddiemhom il-kawzi jsiru taparsibir-riserva li l-kawza ssir ahjar quddiem l-appell, illi t-trattazzjoni quddiem il-qorti ta' isfeltkun, sa fejn legalment possibbli, ezawrjenti u kompluti mill-provi kollha li kienu mehtiega biex meta l-qorti ta' isfel tiddeciedi jkollha verament quddiemha dak li l-partijiet setghu jgibu 'l quddiem ghas-soluzzjoni tal-kaz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info