Reference: 220/2004

Judgement Details


Date
03/05/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
GRECH JOHAN vs BONNICI DORIS ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
OPZJONI, NATURA TAL-JEDD
Summary
Din kienet kawza dwar jedd ta' opzjoni ta' xiri ta' proprjeta` immobbli li gie koncess fi skritturata' lokazzjoni/

In-natura tal-jedd tal-ghazla (opzjoni) f'obbligazzjoni tista' tixxebbah mal-kundizzjoni potestativa, ghaliex taghmel tali obbligazzjoni tiddependi minn grajja li wahda mill-partijiet fil-kuntratt tista' ggieghel li tigri. Fil-kaz prezenti, l-kerrej kellu ghazla li, sa zmienspecifikat, idawwar it-titolu ta' kera tal-hanut fi proprjeta' billi jixtrih. Il-ligi trid kull kundizzjoni f'patt ghandha tigi esegwita kif il-partijiet x'aktarx riedu u ftehmu li ghandha tigi esegwita. Fil-kaz prezenti, jidher li l-partijiet riedu li tali kundizzjoni jew jedd ta' ghazla tal-kerrej riedet tkun ghall-kisba tal-hanut b'xiri, bit-temm tal-kirja, u li tali xiri jsehh fl-ewwel hamessnin tal-kirja. Il-ligi trid ukoll li jekk obbligazzjoni ssir taht kundizzjoni li ghandha tigri sacertu zmien, dik il-kundizzjoni titqies ma sehhitx jekk kemm-il darba jilhaq jghaddi z-zmien bla mal-grajja tkun grat;

Il-jedd tal-ghazla mholli f'idejn wahda mill-partijiet fi ftehim huwa l-frott ta' rabta fuq il-parti li taghti lill-ohra tali ghazla. Ghalhekk, fid-duttrina, tali jedd ta'opzjoni m'huwiex meqjus bhala weghda ta' ftehim, imma ftehim milhuq.

Ghalhekk hemm kittiebali jqisu li l-jedd tal-ghazla m'huwiex ftehim preliminari. Il-Qorti tifhem li dan l-istat ta' ftehim milhuq fil-kaz tal-jedd tal-ghazla japplika ghal dik il-parti li tkun tat lill-ohra dik l-ghazla:min-naha taghha, ma tista' taghmel xejn biex twaqqa' dik l-offerta, sakemm il-parti l-ohra tkun ghadha fiz-zmien li tilqaghha u tezercita l-jedd lilha moghti. Imma, fih innifsu, l-jedd tal-opzjoni jista', jekk jigi ezercitat fil-waqt u z-zmien miftiehem, jaghti hajja kemm ghal ftehim definittiv bl-effetti kollha li jgib mieghu, jew inkella ghal kuntratt preliminari, u dan skond il-fehma u r-rieda tal-partijiet maghmula meta jkun inholoq dak il-jedd;

Dan ifisser li, jekk min-natura nfisha tan-negozju, l-obbligazzjoni ahharija tehtieg certi formalitajiet ad validitatem biex tidhol fis-sehh, it-taghrif wahdu minn parti lill-ohra tal-intenzjoni taghha li taccetta l-jedd tal-ghazla ma jgibx fil-milja dik l-obbligazzjoni. F'kaz bhal dan, il-jedd tal-opzjoni jitqies li ghadu f'livell ta' weghda preliminari, ghallanqas dwar in-negozju guridiku li ghalih dik l-ghazla tirreferi;

Fil-kaz tal-bejgh u xiri ta' hwejjeg immobbli, il-ligi trid li jsir b'att pubbliku biex dan ikun jiswa. Fil-kaz prezenti, dan l-element kien mehtieg biex il-jedd tal-ghazla li kellu l-attur jitlahhamu jiehu sura. Ma kienx bizzejjed ghalih li jiddikjara l-intenzjoni tieghu li jixtri l-hanut mikrililu u jieqaf hemm. Ried, flimkien mal-parti marbuta u fiz-zmien li kien gie miftiehem, iwettaq il-pratiki mehtiega sabiex dik l-ghazla tissarraf fi dritt miksub;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info