Reference: 1945/1999/1

Judgement Details


Date
27/04/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
CACOPARDO MARIANI CARMEN vs CACOPARDO STEPHEN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ABITAZZJONI, META L-JEDD JIDHOL FIS-SEHH - ABITAZZJONI, OBBLIGU TAL-GARANZIJA - ABITAZZJONI, OBBLIGU TA` L-INVENTARJU
Summary
Il-ligi tfisser il-jedd ta' abitazzjoni bhala jedd reali li wiehed joqghod, flimkien ma' l-familja tieghu u skond il-kundizzjonijiet tieghu, f'dar li sidha huwa haddiehor. Mill-kittieba u studjuzi tad-dritt gie sa minn zmien ilu mghallem li l-jedd ta' abitazzjoni huwa jedd li jixxiebah ma' servitu' personali fuq il-gid ta' sid u huwa jedd li jaghti setghat anqas milli jaghti l-jedd tal-uzufrutt.Kemm hu hekk, il-jedd ta' abitazzjoni huwa jedd ta' uzu dwar dar li wiehed jghix fiha;

Il-ligi trid, madankollu, li kemm mill-mod kif jinholoq u kif ukoll mill-mod kif jintilef, il-jedd ta' abitazzjoni jiehu l-istess xejra tal-uzufrutt. Minhabba l-obbligu essenzjali taz-zamma fl-istat tajjeb u tar-radd lura tal-haga, wahda mill-obbligi li tinholoq fuq min jippretendi dan il-jedd huwa dakli, qabel ma jibda jgawdih, irid jaghmel l-inventarju u jaghti l-garanzija tat-tgawdija xierqa favur is-sid. Dawn l-obbligi jistghu jinhafru fl-att li bih jinholoq il-jedd. Il-garanzija ma ghandhiex ghalfejn tinghata fejn il-jedd ta' abitazzjoni jinholoq f'bejgh fejn il-bejjiegh izomm ghalih dakil-jedd.

Il-Qorti, fuq talba li ssirilha, tista' skond ic-cirkostanzi, tehles lil min igawdil-jedd (ta' uzu jew abitazzjoni) milli jaghti l-garanzija: izda ma jidhirx li l-ligi taghti lill-Qorti l-istess setgha biex ma jsirx l-inventarju.

La darba l-ezercizzju tal-jedd tal-abitazzjoni jiddependi ad validitatem mit-twettiq ta' dawn iz-zewg obbligi, in-nuqqas ta' twettiq taghhom ifisser li l-jedd ma jistax jitqies li ghadu gie fis-sehh. Dan ma jfissirx li tali nuqqas igib mieghu t-thassir jew it-telfien tal-istess jedd, imma biss li ghadu ma jistax jitqies li dahal fis-sehh.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info