Reference: 1622/1999/1

Judgement Details


Date
10/05/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
SCHOELLER INTERNATIONAL GMBH NOE vs ELLUL MARIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SENTENZA, REGISTRAZZJONI TA` SENTENZA MOGHTIJA MINN QORTI ESTERA - SOCJETA` KUMMERCJALI, PERSONALITA` GURIDIKA DISTINTA - KUMPANNIJI FL-ISTESS GRUPP
Summary
Meta jsir kuntratt f'isem group of companies ma jfisser xejn hlief li s-socjetajiet kollha fil-gruppkienu parti fil-kuntratt. Il-fatt li ma ssemmewx individwalment izda permezz ta' isem li jigborhomilkoll ma jnaqqas xejn mill-fatt li kienu parti fil-kuntratt, daqskemm il-fatt li persuna li tidherfuq kuntratt mhux bl-isem civili taghha izda bid-ditta (trade name) ma jnaqqas xejn mill-fatt li tkun qieghda tintrabat b'dak il-kuntratt.

Meta ssir talba ghall-esekuzzjoni ta' sentenza ta' qorti estera l-indagini li trid issir mill-qorti lokali ma tridx tkun koncernata bil-mertu tal-proceduri quddiem il-qorti estera li wassal ghal dik is-sentenza ghax altrimenti il-qorti li tkun giet mitluba li taghti esekuzzjoni lil dik is-sentenza tkun qed tassumi poteri li ma kienux intizi bid-dispostta' l-Artikolu 826 et sequitur tal-Kap 12. F'dawn ic-cirkostanzi kull ma hu rikjest mill-Qorti ta'Malta hu li tassigura li dik is-sentenza ma tkunx, (a) tista' tigi attakkata ghal xi raguni li, skond il-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili, taghti lok ghar-ritrattazzjoni a tenur ta' l-Artkolu 811 tal-Kap 12, (b) li f'kaz ta' sentenza moghtija fil-kontumacja, jekk il-partijiet ma kienuxkontumaci skond il-ligi barranija, u (c) li dik is-sentenza ma jkunx fiha xi disposizzjonijiet kuntrarji ghall-ordni pubbliku jew ghal-ligi pubblika interna ta' Malta. Fil-kuntest tal-kaz in ezami jigi osservat li gialadarba kien hemm gudikat fil-konfront ta' diversi konvenuti l-qorti maltija ma tistax, ghall-fini tal-Artikolu 826 tal-Kap 12, tindaga jekk, fir-realta`, kienx jezisti f'dawk il-partijiet in kawza l-interess guridiku li joqghodu f'dawk il-proceduri; dan huwa kompitu tal-qorti li tkun adita minn dawk il-proceduri, f'dan il-kaz il-Qorti ta' Munich. La darba jkun hemm sentenza lighaddiet in gudikat, li l-esekuzzjoni taghha qed tintalab, il-Qorti ta' Malta ma tistax terga tidholfil-kwistjoni tal-legittimu kontradittur. Izjed u izjed meta tali eccezzjoni tkun giet sollevata fil-proceduri quddiem il-qorti estera u tkun inghatat decizjoni fir-rigward. Jekk din l-indagini tkunpermessa jigri li jkun qed jinholoq dritt ta' appell minn sentenza ta' qorti estera li tkun ghaddietin gudikat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info