Reference: 602/1997/2

Judgement Details


Date
05/05/2005
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
AXIAK DAVID vs AWTORITA' TAT-TRASPORT PUBBLIKU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
INTERESS PUBBLIKU - TIGDID TA PERMESS JEW LICENZJA
Summary
F'dan il-kaz, meta l-awtorita' giet konfrontata b'ilment li ressaq applikant iehor li kellu t-talbatieghu ghal-hrug ta' licenzja michuda, u indunaw li l-permess favur ir-rikorrent hareg bi “zball”, hija ikkonsultat ruhha mal-Avukat taghha, u iddecidiet li ma ggediditx il-permess. Din id-decizjonihaduha minghajr konsultazzjoni mar-rikorrent u minghajr dan ma inghata opportunita' li jressaq il-veduti tieghu in subjecta materja. L-istess, milli jidher, ghamel l-Ombudsman li wkoll ha decizjoni li tolqot lir-rikorrent minghajr ma kkonsulta ruhu mieghu. Dan kollu sehh wkoll bi ksur tal-artikolu39(2) tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea.

Ma giex muri x'”interess pubbliku” jista' jkun hemm biex il-licenzji ghad-Dwejra jkunu limitati ghal-tmienja. L-interessi kummercjali tal-privati, ma jiskludiex ab initio l-interess pubbliku, pero', dan l-interess pubbliku irid jirrizulta b'mod oggettiv, u f'dan il-kaz ma intwerhiex ghalhiex hu ta' interess pubblikuli ma jinhargux aktar licenzji ghad-Dwejra. Jista' jkun li tezisti tali konsiderazzjonijiet ta' ordni pubbliku, pero', la jidher li saru xi riflessjonijiet fuq dan, u lanqas gew murija lill-Qorti l-konsegwenzi ghal-“interess pubbliku” f'kaz ta' hrug ta' licenzji ohra. Il-fatt li t-tmien licence holders jghidu li “lanqas ghandhom xoghol bizzejjed”, mhux wahedha gustifikazzjoni oggettiva u studjata ta' xi forma ta' interess pubbliku.

F'dan il-kaz ma jistax jinghad li kien hemm ness ta' proporzjonalita' bejn l-iskop intiz - u cioe', li tinzamm sitwazzjoni ta' closed shop - u l-mezzi adoperati konsistenti fir-revoka tal-licenzja li kienet is-sors ta' ghixien tar-rikorrent u l-familja tieghu.

Din il-Qorti trid ticcara li hi mhix qed tghid li min ikun inhariglu permess jew licenzja ghal-negozju, dan irid jigi mgedded bil-fors, izda li la darba hareg permess, biex dan ma jigixmgedded, irid jirrizulta jew li l-proprjetarju naqas li jottempera ruhu ma xi ligi, jew in forza ta' xi policies ufficcjali li jkunu cari, definitivi u applikabbli ghal-materja, u dejjem wara li jigusegwiti l-principji ta' gustizzja naturali. Altrimenti, licenzja ma tistax titnehha jew ma tigix imgedda bl-addocc, ghax kull min hu titolar ta' permess jew licenzja ghandu dritt jistenna li, ceterus paribus, il-licenzja tieghu tigi mgedda.

Din il-Qorti tordna lill-Awtorita' Marittima ta' Malta, kjamata fil-kawza, sabiex iggedded il-licenzja tar-rikorrent numru 150, biex ir-rikorrent ikunjista' jopera pleasure trips fid-Dwejra, Ghawdex, u tordna lill-awtorita' intimata, l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku, thallas lir-rikorrent s-somma ta' Lm7,000 (seba' t'elef liri Maltin) in linea ta' danni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info