Reference: 3/2001/2

Judgement Details


Date
04/05/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
TESTAFERRATA NICHOLAS JENSEN PRO ET NOE vs GALEA EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ART AGRIKOLA - RELEVANZA TA` OUTLINE DEVELOPMENT PERMIT GHALL-FINIJIET TA` RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - LOKAZZJONI, ART AGRIKOLA - UZU MHUX AGRIKOLU - LOKAZZJONI, KUNCETT TA` QBIELA - LOKAZZJONI, RIPRESA MINHABBA BZONN TAS-SID - ART AGRIKOLA
Summary
Il-kuntratt ta' kiri ta' fond rustiku, tnehhi certi tipi partikulari fejn ikun hemm arrangamenti assocjati bhal per ezempju l-koltivazzjoni tar-raba flimkien mat-trobbija ta' bhejjem, di regola ghandubhala oggett il-godiment ta' haga produttiva u ghalhekk l-affitt ta' raba jista' jigi definit bhalal-lokazzjoni ta' art ghall-koltivazzjoni ta' prodotti agrikoli versu l-korrispettiv ta' qbiela;

Minn dan jemergi l-obbligu fil-gabillott kerrej li jikkoltiva r-raba u li jaghmel uzu minnha quabonus paterfamilias, u skond id-destinazzjoni taghha. L-obbligu hu dak allura li l-kerrej jikkonduci gestjoni produttiva u jezercita attivita` agrarja.

Naturalment huwa lecitu li jigi sottolinejat illi l-art mikrija trid tkun suxxettibbli ta' koltivazzjoni;

In linea ta' principji majistax ikun disputat illi meta kerrej juza r-raba jew parti minnha bhala speci ta' mahzen jew garageghat-tqeghid fiha ta' karozzi qodma biex minnhom jestraji l-ispares ghas-sengha principali tieghu ta' mekkanik, dan igib ksur tal-kundizzjonijiet tal-kirja [subparagrafu (f)] billi hu ma setax juza r-raba ghal tali skop.

Hawnhekk izda l-intimat ippermetta li fuq parti mill-art li kienet xaghri jew blat jinzammu vetturi qodma. Dan pero` wahdu mhux bizzejjed biex igib dik il-vjolazzjoni lijsemmi s-subparagrafu (f).

Ma jistax ghalhekk jinghad li z-zamma tal-vetturi fuq il-parti blati ta' l-art tikkostitwixxi ksur ta' l-obbligu tal-harsien tal-kondizzjonijiet tal-kirja, aktar 'ilfuq imfisser. L-integrita tal-parti koltivabbli baqghet dik li hi u dak li hu aktar importanti l-ebda abbuz ma gie kostitwit bil-fatt tat-tqeghid ta' xi vetturi fuq il-parti li minn dejjem ma kienetxtajba ghall-koltivazzjoni;

Dan iwassal ghall-konsiderazzjoni illi jekk kif irrizulta mill-istess provi l-parti kultivabbli baqghet regolarment tintuza ghall-iskop intiz minnha ma tistax lanqastigi sorretta l-kawzali illi l-art "thalliet ma tinhademx ghal mill-anqas tnax-il xahar konsekuttivi skond il-kalendarju" [Artikolu 4 (2) (d)].

Il-fatt li s-sid jottjeni Outline Development Permit mhux bizzejjed ghal fini tar-ripreza ta' raba fuq il-bazi tal-bzonn indipendentement mill-pussess ta' Full Development Permit. Proprju ghalhekk il-ligi tghid ukoll li talbiet simili minn naha tas-sid iridu jinghataw biss kemm-il darba sid il-kera jipprova li jehtieg ir-raba ghall-kostruzzjonifuqu ta' bini ghall-wiehed mill-iskopijiet hemm indikati. Tali prova ma tohrogx semplicement mill-Outline Development Permit imma minn permess ghal fini ta' kostruzzjoni ezattament kif hemm indikat fil-permess stess li nhareg mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info