Reference: 2048/1999/1

Judgement Details


Date
29/04/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
MICALLEF VICTORIA ET vs SECURITY FUND STABBILIT TAHT L-AWTORORIT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
FOND TA` ASSIKURAZZJONI TA` IMPRIZA TA` L-ASSIKURAZZJONI, HTIEGA TA` NOTIFIKA TA` PROCEDURI GUDIZZJARJI
Summary
Ir-Regolamenti ta' l-1986 dwar il-Fond ta' Assikurazzjoni ta' Impriza ta' l-Assikurazzjoni li dahluin vigore fl-1 ta' Lulju 1986 permezz ta' L-Avviz Legali 28 ta' dik is-sena (illum sostitwiti 435/2003) kellhom il-ghan li, fost affarijiet ohra, jinghata kumpens lil vittmi ta' disgrazzji tat-traffiku fit-triq f'cirkostanzi partikolari.

Il-htiega li jitwaqqaf il-Fond li jissemma' f'dawn ir-regolamenti nhasset billi kien qed jigri li vittmi ta' incidenti tat-traffiku kienu, f'xi okkazzjonijiet, jibqghu bla kumpens xieraq meta it-terz ma jkunx kopert b'assikurazzjoni kontra r-riskji tat-terzi persuni.

Naturalment dawn ir-Regolamenti jehtiegu li, biex pagament ikun jista' jsir lid-danneggat, ikunu sodisfatti certi rekwiziti. Insibu ghalhekk li r-regolament 20(1) jiddisponi limeta jkun hemm gudikat ghar-rigward ta' xi obbligazzjoni li tohrog mill-mewt jew mill-feriment ta' xi terza persuna, il-Fond jista', fid-diskrezzjoni assoluta tieghu, jaghmel hlasijiet ex gratia lill-persuna jew persuni li favur taghhom ikun inghata dak il-gudikat.

Imbaghad insibu li s-subinciz (2) tar-regolament imsemmi jimponi certi obbligi fuq id-danneggat qabel ma tista' tigi kunsidrata talba ghall-hlas ta' kumpens mill-Fond. Id-divergenza ta' bejn il-kontendenti tiskaturixxi minn nuqqas da parti ta' l-atturi li jaghtu avviz, bil-miktub, lill-Bureau permezz ta' ittra registrata jewittra ufficjali, tal-procedimenti li wasslu ghall-gudikat fi zmien sebat ijiem wara li jinbdew dawnil-procedimenti kif previst fis-subinciz (a) tal-paragrafu (2) tar-regolament 20 tar-Regolamenti.

l-paragrafu (2) tar-regolament 20 ta' l-Avviz Legali 28 ta' l-1986 jiddistingwi bejn zewg sitwazzjonijiet differenti billi fis-sitwazzjoni prospettata fis-subinciz (a) jidher li ma jkun hemm ebda possibbilita` ta' hlas mill-Fond jekk il-parti interessata, di sua sponte, tistitwixxi proceduri kontra d-danneggant minghajr avviz lill-Fond. F'dan il-kaz il-Bureau ma jkunx a konoxxenza tal-fatt li jista' jkollu 'claim' a tenur tas-subinciz (b) tar-regolament 3 ta' l-istess Regolamenti, u ghalhekk huwa mehtieg espressament li jinghata avviz kif jipprovdi s-subinciz (a) tal-paragrafu (2) tar-regolament 20 imsemmi. Dan billi mhux ragionevoli li l-istess Fond ikun rinfaccat b'talba ghall-hlas ta' somma konsiderevoli f'data futura, minghajr ma jkun ghamel ebda provvediment ghaliha fil-kotba ta' l-istess Fond.

Ghal kuntrarju meta dawk il-proceduri gudizzjarji jittiehdu fuq rikjesta ta' l-istess Fond (reg.20(2)(b)) huwa prezunt li l-Fond ikun a konoxxenza tal-fatt tal-prezentat tal-proceduri u dana billi jkun, kif awtorizzat bis-subinciz (b) tal-paragrafu (2) tar-regolament 20 tar-Regolamenti, gia` avza lill-parti interessata li ma jhallasx jekk ma jkunx hemm gudikat. Infatti, b'mod logiku, fil-kaz sottoezami, ir-regolamenti ma jirrikjedux li jinghata avviz la b'ittra registrata u lanqas b'ittra ufficjali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info