Reference: 747/1996/1

Judgement Details


Date
27/04/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DEBONO PAUL vs MALTA DRYDOCKS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, DIZABILITA` PERMANENTI - KORRIMENT TA` GHAJN - DANNI, KONTRIBUTORJETA` - TRATTAMENT MEDIKU - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-IMPJEGAT - DANNI, RESPONSABILITA` TA` MIN IHADDEM LI JIPPROVDI SUPERVIZJONI - DANNI, SAFE SYSTEM OF WORK - DANNI, SAFE WORKING ENVIRONMENT - DANNI, SAFETY EQUIPMENT - DANNI, WEIGHTED AVERAGE FIL-KAZ TA` DIVERSI TIPI TA` DIZABILTA` - KOLLIZJONI, NEGLIGENZA KONTRIBUTORJA
Summary
Id-dover ta' sorveljanza ma jidherx li jista' jigi nterpretat fis-sens illi l-imghallem ghandu joqghod kull waqt u kull hin attent fuq il-haddiem.

Dan jista' jinghad b' egwal forza rafforzata fil-kaz ta' azjenda kbira fejn jezistu numru kbir ta' haddiema, u dippju l-haddiem, skond l-attrezzidisponibbli, ikun segwa l-istruzzjonijiet lilu moghtija. Il-qofol tal-kwestjoni f' dan il-kaz ma kienetx din imma l-verifika stabbilita tan-nuqqas ta' attrezzi necessarji ghall-iskansar. Hu proprju dan in-nuqqas li ta lok ghall-event dannuz;

Anke l-kondotta tal-persuna danneggjata tista' tikkomporta l-eskluzjoni tal-htija tad-danneggjant jew anke l-kontributorjeta` tieghu.

Kien l-obbligu ta' kull min ihaddem illi perjodikament jivverifika l-kondizzjoni ta' l-attrezzi u l-makkinarju tax-xoghol li bih l-impjegati jkunu mistennija li jahdmu u dan b' mod kompetenti minn persuni kwalifikati. In-nuqqas ta' min ihaddem f' dan ir-rigward jirrendih responsabbli ghall-incidenti li setghu jigru minhabba traskuragni u negligenza tieghu li jassigura li l-impjegati li jhaddem joperaw f'ambjent li wiehed ragjonevolemnt kellu jqis li hu sikur.

Fil-kaz ta' lezjonijiet personali segwiti minn trattament sanitarju li minflok ma jkunu fiequhom ikun aggravawhom l-eventwali negligenzajew imperizja tat-tabib ma teskludix di per se' in-ness ta' kawzalita` bejn il-kondotta lezija ta'l-agent u l-event finali, billi n-negligenza tat-tabib, anki jekk gravim ma tistax kawza awtonoma uindipendenti mill-komportament ta' l-awtur tal-fatt illecitu li jkun ipprovoka l-fatt leziv jkun irrenda l-intervent tat-tabib necessarju.

Fejn ghandek telf ta' vizwali, illi wiehed ghandu jaghti piz debitu lill-konsegwenzi ta' tali telf ta' dawl minn ghajn wahda fuq l-individual industrial effeciency ta' l-attur.

Ghal kaz bhal dan jirrizulta li l-Qrati taghna segwew t-tabellarju xjentifiku tal-weighted average biex jaslu ghal grad ta' debilitazzjoni kemm jista' jkun gust u korrett.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info