Reference: 190/1997/1

Judgement Details


Date
05/07/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
GRIMA CARMEL vs BORG CARMELO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
ATT TAT-TWELID - LEGITTIMITA` TA` L-ULIED, AZZJONIJIET RELATTIVI - PATERNITA` - PATERNITA`, PROVA RIKJESTA
Summary
Fil-Ligi Maltija hemm tliet azzjonijiet rigwardanti l-filjazzjoni naturali:

L-azzjoni ta' diskonoxximent jew ta' denegata paternita' li hija miftuha ghar-ragel li fic-certifikat tat-twelid huwaindikat bhala missier it-tifel imwieled fiz-zwieg, u dan fil-kazijiet indikati tassativament fil-Ligi, liema azzjoni tattakka l-presunzjoni "pater est quae iustiae demonstrat", u twassal biss mhux biex jigi determinat il-missier tat-tarbija imma biss ghad-dikjarazzjoni li r-ragel ta' l-omm ma huwiex il-missier, liema azzjoni ghandha tigi prezentata fit-termini stretti moghtija mill-Ligi.

It-tieni azzjoni hija dik moghtija biss lit-tifel sabiex jitlob l-istat ta' iben legittimu.

Din l-azzjoni tat-tfittxija ta' paternita' hija moghtija biss lit-tifel u hija estiza lill-werrieta jew dixxendenti tieghu fil-kaz biss previst mill-ligi. It-tifel ghandu d-dritt li jitlob stat kuntrarju ghal dak li jaghtieh l-att tat-twelid meta ma jkollux pussess ta' stat konformi ma' l-att tat-twelid, u ebda limitazzjoni ohra ma timponielu l-ligi ghall-ezercizzju ta' dik l-azzjoni. Ghaldaqstantlilu ma tolqtux il-limitazzjoni li tolqot lil persuni ohra interessati, konsistenti f'illi huma jkollhom jippruvaw l-impossibilita' fisika ta' koabitazzjoni tal-presenti genituri tat-tifel fi zmien rilevanti minhabba lontananza.

Meta t-tifel ma hux ostakolat fl-ezercizzju ta' l-azzjoni ta' ricerka tal-paternita' tieghu bil-fatt li dik l-impossibilita' fisika ma tirrizultalax; l-unika limitazzjoni li tolqtu hija dik illi tolqtu meta huwa jkun jippossjedi stat konformi mal-att tat-twelid tieghu.

Il-fatt li r-ragel ta' omm it-tarbija kien presenti Malta u kellu il-possibilita' li jkollu relazzjoni ma' martu, ma ghandu jkun ta' ebda xkiel fl-indagini li ghandha ssir sabiex tigi stabbilita l-identita' tal-missier naturali tal-istess attur.

It-tielet azzjoni hija dik fejn Il-legitimita' ta' tifel imwieled matul iz-zwieg tista' tigi attakkata minn kull min ghandu interess,jekk jipprova illi, fiz-zmien bejn it-tlett mitt gurnata u l-mija u tmenin gurnata qabel it-twelid tat-tifel, ir-ragel kien f'impossibilita' li jghammar ma' martu minhabba li kien il-boghod minna.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info