Reference: 2/2000

Judgement Details


Date
21/04/2005
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs EMANUEL ZAMMIT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 465 TAL KAP 9 - DMIR TAL GURAT - TENTATTIV TA OMICIDJU
Summary
It-tentattiv ta' omicidju volontarju jfisser li xi hadd jipprova joqtol lil xi hadd iehor imma ma jirnexxilux. Irid ikun hemm l-ewwel l-intenzjoni omicida - u mhux l-intenzjoni li twegga' - jew l-intenzjoni li tqieghed il-hajja ta' haddiehor f'periklu car. Id-differenza bejniethom hi li t-tnejn humaintenzjoni omicida, wahda li tixtieq toqtol u t-tieni wahda li qed tara l-mewt bhala konsegwenza, ma tridx il-mewt imma taghmel dak li taf li x'aktarx ser igib il-mewt. Jekk ma jmutx xorta jkun hemmit-tentattiv ta' omicidju, jigifieri t-tentattiv mhux biss li jkollok l-intenzjoni diretta li toqtolimma jista' jkollok tentattiv li int tqieghed fil-periklu l-hajja ta' xi haddiehor.

Il-parametri tal-indirizz jinsabu ben delinejati fl-artikolu 465 tal-Kodici Kriminali li jipprovdi li l-funzjoni tal-Imhallef fil-guri fl-istadju tal-indirizz hija li jfisser lill-guri x-xorta u l-elementi tar-reat migjub fl-att ta' akkuza, kif ukoll kull punt iehor tal-ligi li f'dak il-kaz partikolari jkollu x'jaqsam mad-dmirijiet tal-guri u li jigbor fil-qosor, bil-mod li jidhirlu mehtieg, ix-xiehda tax-xhieda u l-provi li jkunu marbutin maghhom, ifisser lill-guri s-setghat li ghandu fil-kaz partikolari, u jaghmel kull osservazzjoni ohra li tiswa biex triegi u turi lill-guri kif ghandu jaqdi sewwad-dmirijiet tieghu.

Galadarba huwa jinzel minn fuq il-pedana tax-xhieda li huwa jkun volontarjament tela' fuqha, hadd ma jista' jgieghlu jerga' jitla' fuq dik il-pedana; ma hemm xejn li josta,pero`, li l-akkuzat stess jerga' jitlob, ghal xi raguni valida, li jerga' jiehu l-pedana.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info