Reference: 12/2003/1

Judgement Details


Date
06/04/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DIFESA JOSEPH vs L-AWTORITA TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, NE BIS IN IDEM - RES JUDICATA, BDIL TA` CIRKOSTANZI - RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - HTIEGA LI TIGI INDIKATA IL-LIGI LI KELLHA TIGI APPLIKATA
Summary
Hemm lok ghal smiegh gdid fuq il-bazi ta' applikazzjoni hazina tal-ligi mhux jekk il-Qorti tkun interpretat erronjament il-ligi applikabbli ghall-meritu quddiemha imma biss jekk tkun applikat ghal dakil-meritu ligi zbaljata u cjoe ligi minflok ohra. Tant hu hekk li l-ligi stess timponi bl-Artikolu816 Kapitolu 12 illi fir-rikors tieghu r-ritrattand jispecifika liema ligi kien messha giet applikata mill-Qorti, u meta r-raguni hija applikazzjoni hazina tal-ligi l-attur ghandu jsemmi l-ligi li kien messha giet applikata.

Il-mankanza tar-riferenza tal-ligi ma twassalx ghan-nullita` tar-rikors ta' l-Appell. Bil-ligi kif inhi, hemm flessibilita` konsiderevoli li thalli lok ghal tibdil fl-att promotorju li jista' jigi awtorizzat minn din il-Qorti. M' hemm xejn x' jindika li l-izball tar-ritrattand ghandu jgib bhala konsegwenza n-nullita`.

Il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar ghandu jiddeciedi dwar eccezzjoni ta` res judicata.

Biex r-res judicata tigi eccepita b' success jehtieg li c-cirkostanzi rilevanti tal-kaz jibqghu l-istess bhal dawk tal-kaz ta' qabel. Jekk ikunhemm tibdil fic-cirkostanzi jigi li s-sentenza ta' qabel ma titqiesx ta' ostakolu ghar-riproposizzjoni tat-talba.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info