Reference: 156/2004

Judgement Details


Date
06/04/2005
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
IL-PULIZIJA vs CAMILLERI CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
INGURJA, ANIMUS CONSULENDI - INGURJA, ANIMUS CORRIGENDI - INGURJA, ANIMUS INJURANDI - INGURJA, ANIMUS JOCANDI - INGURJA, ELEMENTI TA` - INGURJA, IMPUTAZZJONI TA` REAT - INGURJA, VERITA` TAL-FATTI
Summary
L-artikolu 253 tal-Kodici Kriminali fis-subartikolu (1) tieghu jipprovdi li l-imputat tad-delitt imsemmi fl-artikolu 252 (ingurja) ma jistax, biex jehles mill-htija, jipprova li l-fatt attribwit lill-persuna offiza huwa veru jew maghruf minn kulhadd. Il-prova tal-verita` tista' ssir biss fic-cirkostanzi msemmija fis-subartikolu (2) ta' l-artikolu 253, u cioe`:

"(a) jekk l-offiz ikun ufficjal jew impjegat pubbliku, u l-fatt attribwit lilu jkollu x'jaqsam ma' l-ezercizzju tad-dmirijiet tieghu, u jekk l-imputat, fil-bidu tas-smigh tal-kawza, jiehu r-responsabbilta` ta' l-ingurja u jiddikjara illi b'difiza tieghu jrid jaghmel il-prova tal-verita` tal-fatt attribwit minnu lill-offiz:

Izda din id-disposizzjoni ma tghoddx fil-kaz tar-reati ikkuntemplati fl-artikoli 93 u 95;

(b) jekk il-kwerelant jitlob formalment illi fis-smigh tal-kawza jigi wkoll zgurat jekk hux veru jewfalz il-fatt attribwit lilu."

Ma hemmx dubbju li l-ingurja kontemplata fl-Artikolu 252(1) tal-Kodici Kriminali trid tkun maghmula bil-hsieb specifiku li dak li jkun inaqqas jew itellef il-giehta' haddiehor. Hi dottrina pacifika li meta l-kliem (jew atti, kitba, disinji, ecc.) ikunu manifestament ingurjuzi, tali intenzjoni specifika hi presunta, u jkun jinkombi fuq l-imputat jew akkuzat lijipprova (imqar fuq bazi ta' probabbilita`) li dawk il-kliem ma qalhomx bil-hsieb li joltraggja, izda b'xi skop iehor rikonoxxut mil-ligi li jinnewtralizza l-animus injuriandi. Hekk, per ezempju, jekk il-kliem in kwistjoni jkunu ntqalu animus corrigendi, jew animus consulendi, jew animus jocandi majistax jinghad li hemm ir-reat kontemplat fl-Artikolu 252(1) tal-Kodici Kriminali (ghalkemm fil-kazta' kliem li jinghad animus jocandi jista' jkollok, fil-ligi taghna, l-ingurja kontemplata fl-Artikolu 339(1)(e)). L-istess jista' jinghad jekk persuna tkun ragjonevolment tahseb li sar reat (kontriha jew fil-konfront ta' haddiehor) jew, anke jekk il-fatt ma jammontax ghal reat, jekk tkun ragjonevolment tahseb li qed issir xi haga li tista' tkun ta' hsara ghaliha jew ghal terzi, tista' tiddenunzja dak il-fatt lill-awtorita` kompetenti bla ma tinkorri fir-reat ta' ingurja.

Hu principju sancit mill-gurisprudenza illi jekk persuna, ghal ragunijiet tajba, tkun gustifikata illi tahseb ragjonevolment, u mhux bla motiv gust, illi haddiehor ghamel reat ghad-dannu taghha, u timputalu dan ir-reat, allura b'daqshekk ma hix soggetta ghal proceduri ghall-ingurja. Izda hi kondizzjoni, fost ohrajn, ta' l-applikabilita` ta' dan il-principju illi l-imputazzjoni ghandha ssir bl-anqas pubblicita`possibbli. Jekk, b'kumbinazzjoni, meta ssir l-imputazzjoni jkun hemm xi hadd prezenti, b'daqshekk il-privilegg ma jintilifx necessarjament, basta li jirrizulta li l-imputazzjoni ma gietx komunikata lil persuni ohra 'avvicinati bla bzonn'.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info