Reference: 14/2004/1

Judgement Details


Date
01/04/2005
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
REPUBBLIKA TA' MALTA vs GREGORY ROBERT EYRE & SUSAN JAYNE MOLYNEAUX
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - ARTIKOLU 26(2) KAP. 101 - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - INVERZJONI TA` L-ONERU TAL-PROVA
Summary
Minkejja l-prezunzjoni ta' l-innocenza jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-oneru tal-prova jigiinvertit fuq ll-akkuzat, specjalment meta l-fatt li tieghu tkun trid issir il-prova jkun jaqa' fil-konoxxenza partikolari tal-akkuzat.

Din kienet kawza bazata fuq l-Artikolu 26(2) ta' l-Ordinanza dwar Medicini Perikoluzi jiddisponi li:

(2) Meta r-reat li bih persuna tkun akkuzata ikundak ta' pussess ta', jew bejgh jew traffikar ta', medicina kontra d-disposizzjonijiet ta' din l-Ordinanza l-akkuzat ma jkunx jista' jiddefendi ruhu kontra dik l-akkuza billi jipprova illi huwa hasebli kellu fil-pussess tieghu, jew li kien qed ibiegh jew jittrafika, xi haga li ma kenitx il-medicinamsemmija fl-akkuza jekk il-pussess ta', jew il-bejgh jew traffikar ta', dik il-haga ohra kien ikun,fic-cirkostanzi, bi ksur ta' xi disposizzjoni ta' din l-Ordinanza jew ta' xi ligi ohra.

Dwardin id-disposizzjoni inghad illi:

Ghalkemm il-legislatur, f'din id-disposizzjoni, bhalma f'diversi disposizzjonijiet ohra ta' l-Ordinanza, ma juzax il-kelma "xjentement", hu evidenti li hawn si tratta ta' reat doluz u mhux semplicement ta' reat kolpuz. Fi kliem iehor, il-legislatur ma riedxjikkolpixxi lil min, per ezempju, ad insaputa tieghu, jitqeghedlu xi droga fil-bagalja tieghu u danjibqa' diehel biha Malta. Mill-banda l-ohra, u b'applikazzjoni ta' l-artikolu 26(1) ta' l-Ordinanza, persuna li tkun materjalment dahhlet droga f'Malta hi prezunta li dahhlitha xjentement, jigifierimeta kienet taf bl-ezistanza ta' dak l-oggett, li dak l-oggett hu droga, u ghalhekk kienet taf liqed iddahhal id-droga, salv prova (imqar fuq bazi ta' probabilità) kuntrarja u salv il-limitazzjonighal tali prova skond is-subartikolu (2) ta' l-imsemmi artikolu 26.

Il-Qorti qieset li din id-disposizzjoni kienet leziva tad-drittijiet tar-rikorrenti billi apparti li teskludi l-possibilità ta' l-akkuzat li jqajjem difiza bazata fuq il-fatturi indikati fl-istess artikolu, b'mod aktar sinjifikanti iccahhad lill-Qorti mill-possibilita` li tivvaluta l-provi quddiemha u tfassal il-piena skondil-htija morali ta' l-akkuzat. Fejn verament ikun hemm cirkostanzi fejn jintwera li verament l-akkuzat ma kienx jaf li kellu fil-pussess tieghu jew kien qed jittraffika d-droga ikun hemm impossibilita` li l-akkuzat jiddefendi ruhu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info