Reference: 627/2003/1

Judgement Details


Date
09/02/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FARRUGIA AGOSTINO SIVE AUSTIN vs FARRUGIA SALVINA SIVE SALLY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, KOMPETENZA DWAR KONTRIBUZZJONIJIET FIL-KUNTEST TA` SEPARAZZJONI
Summary
Fir-regim matrimonjali gdid introdott bl-Att XXI ta' l-1993 il-ligi, oltre li taghmel lill-koppja mizzewga "shab indaqs" titkellem fuq id-dover solidali tal-kontribuzzjoni, sew jekk domestiku jew extra-domestiku, tal-koppja fiz-zewg, b' mod li l-mezzi tal-wiehed u ta' l-iehor huma migjuba flimkien fis-socjeta` familjari ghall-htigijiet komuni. Dan hu hekk precizat fl-Artikolu 3 tal-Kodici Civili.Bil-firda, il-hajja familjari flimkien ma jibqala' ebda effikacja u dan igib fit-tmiem id-dmir tal-kontribuzzjoni, izda mhux ukoll l-obbligu tal-manteniment. Il-konjugi li ma jiddisponix minn redditi adegwati, idur fuq il-konjugi l-iehor ghall-manteniment, taghha jew tieghu u, fl-assenza ta' ftehim, dan jigi ffissat mill-Qorti fi proceduri ta' separazzjoni, jew minghajrhom;

Mhix proposizzjoni gusta u korretta illi l-konjugi paganti ghandu dritt inaqqar mill-manteniment prestabbilit b'provvediment tal-Qorti billi javvanza quddiem tribunal iehor, u mhux fl-istess azzjoni tas-separazzjoni, pretensjoni ghall-kontribuzzjonijiet perjodici li jinsorgu. Il-materja hi aktar komplessa minnhekk. Hu bil-wisq ovvju, fi kwestjonijiet ta' din ix-xorta, illi t-tribunal ikollu jezamina jekk il-parti azzjonata tuzufruwix minn fondi sufficcjenti biex taghmel il-kontribuzzjoni rikjesta minnha,u f' kaz negattiv, li jaghmel ezercizzju komparattiv tal-mezzi ekonomici ta' kull wiehed u wahda fost il-konjugi. Dan ghal fini li jigi determinat, anke konsiderat l-istat ta' sahha u dak tal-bzonn,jekk tezistix dik id-disparita` ekonomika li tiggustifika t-talba ghal versament tal-kontribuzzjoniu, fuq kollox, f' liema mizura. Fil-hsieb tal-Qorti ma jidherx li ezami bhal dan jista' jsir mit-Tribunal ghal Talbiet Zghar. Dan mhux biss in raguni ghal dak appena dedott izda ukoll ghal fatt lil-materja ghandha per forza rabta intrinsika ma' l-addebitabilita` tas-separazzjoni. U din tirrikjedi valutazzjoni globali u komparattiva ta' l-imgieba ta' kull wiehed u wahda mill-konjugi. Materjadin li jkun dejjem ahjar li tigi approfondita mill-Qorti fil-kawza proprja tas-separazzjoni;

Mhux sew li l-parti intitolata ghall-alimenti titqieghed fi stat ta' pregudizzjalita` ghax il-konjugi l-iehor ifettillu li jizvixxera l-kwistjoni mis-sede proprja tas-separazzjoni, iressaqha quddiem tribunal iehor jew qorti ohra, aktar u aktar meta dik il-parti ma tkunx gja, b' xi digriet tal-qorti,anqas wiehed temporanju, ordnata taghmel dik il-kontribuzzjoni. Il-materja mhux biss hi attratta mill-procediment tas-separazzjoni izda lanqas ghandha tkun sottratta mill-gurisdizzjoni tal-Qorti Civili, Prim' Awla, li tkun qed tiddelibera l-firda u l-incidenti kollha sorti f' dak l-istess gudizzjuistitwit;

Huwa veru li meta l-Qorti Sekond' Awla ma ordnatx l-isfratt forzuz, u l-koppja baqghet tabita fl-istess dar konjugali, dan l-istat ta' fatt jincidi fuq ir-rapport patrimonjali ta' bejniethom b' tali mod li l-konvenuta appellanti tibqa' obbligata tikkontribwixxi mhux bhala parti fiz-zwieg imma bhala parti interessata fi stat ta' kommunanza. Din il-materja ma tistax pero` tigi ttrattata izolatament mill-konsiderazzjoni ta' l-ammont tal-manteniment iffissat. Manteniment li sal-pronunzjament finali jibqa' wiehed ta' natura provvizorju u temporanju, pendente causa u rebus sic stantibus. Materja din li min-natura stess taghha, kif gja rilevat, ikun aktar xieraq, in kwantu tipprezenta aspetti guridici partikulari, li tibqa' fl-isfera ta' gurisdizzjoni tal-qorti adita mill-kawza tas-separazzjoni biex proprju hemm tigi ezawrjentement diskussa u deciza. Jidher li f' kazijietsimili minn dejjem kienet din il-prattika tal-Qrati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info