Referenza: 483/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/02/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
NAUDI ANTOINE AVUKAT NOE vs JOHN ABELA LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AUDI ALTERAM PARTEM, ABBUZ TAL-PROCESS GUDIZZJARJU - AUDI ALTERAM PARTEM, KONDOTTA TAL-PROCESS - AUDI ALTERAM PARTEM, ZBALL TA` L-AVUKAT TAL-PARTI LI TQAJJEM L-ILMENT
Fil-Qosor
Hafna mid-disposizzjonijiet procedurali huma essenzjalment mizuri ta' dixxiplina jew ta' sikurezza processwali li mill-osservanza taghhom jibbenefika mbaghad in generali l-andament kif imiss u kif jixraq tas-sistema kollu. Waqt li l-formalizmu eccessiv ghandu kemm jista' jkun jigi evitat, m' ghandux pero` lanqas jidhol u jigi nkoraggit permissivizmu ngustifikat;

Mill-provvedimenti tas-COCPl-andament tal-kawza huwa sostanzjalment, avolja mhux assolutament, imholli ghad-diskrezzjoni tal-Qorti. Din il-fakolta` hija soggetta ghall-principji generali tar-raguni prattika; il-grad ta' din,imbahgad, jiddependi mill-gudikant, fis-sens li hemm massimu u minimu, li bejniethom l-istess raguniprattika, tista' toxxilla, skond il-personalita` guridika li jipposjedi l-gudikant;

Il-provvedimenti tal-Kodici ta' l-Organizzazzjoni u Procedura Civili li jirregolaw il-kondotta tal-kawza huma ntizi mhux biss biex jassiguraw smiegh xieraq u gust imma wkoll smiegh bla dewmien u fi zmien xieraq. Il-gustizzja kienet ukoll tirrikjedi li mhux biss d-digriet tal-Qorti dwar il-kondotta tal-kawza kellhom ikunu rigorozament osservati mill-kontendenti imma wkoll li l-hin disponibbli ghas-smieghtal-kawza, jigi skond kif mill-Qorti deciz utilizzat bir-rispett dovut lejn l-istess Qorti u l-kontroparti.

Parti f' kawza m' ghandhiex titqieghed f' posizzjoni pregudizzjevoli minhabba htijietjew non-kuranza tar-rapprezentant taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni