Reference: 656/1998/1

Judgement Details


Date
28/01/2005
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
CILIA VINCENT vs L-ONOR. PRIM' MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT TA` ACCESS GHAL-TRIBUNAL GUDIZZJARJU JEW KWAZI-GUDIZZJARJU - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, IMPOSIZZJONI TA` TAXXA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, KWISTJONIJIET TA` NATURA FISKALI - RES JUDICATA, ECCEZZJONI M`GHANDHIEX TITQAJJEM EX OFFICIO - RES JUDICATA, RINUNZJA GHALL-ECCEZZJONI - RES JUDICATA, RINUNZJA GHALL-ECCEZZJONI - META R-RINUNZJA SSIR MINN RAPPREZENTANT TAL-GVERN
Summary
Ghalkemm hemm xi sentenza f'sens differenti, id-dottrina u l-gurisprudenza prevalenti huma fis-sensli l-eccezzjoni tar-res iudicata mhix wahda minn dawk li huma sollevabbli ex officio u li, kwindi, tali eccezzjoni hija wkoll rinunzjabbli; b'dan pero` li una volta li parti tigbed l-attenzjoni tal-Qorti, anke jekk biss indirettament u mhux f'forma ta' eccezzjoni moghtija formalment, li hemm sentenza ohra u precedenti bejn il-partijiet fuq l-istess materja u fuq l-istess kawzali, il-gudikant hu obbligat li jinvesti l-kwistjoni.

Ghalkemm huwa dejjem desiderabbli li r-rinunzja ta' l-eccezzjoni tar-res iudicata tkun maghmula b'mod car, ir-rinunzja tista' tkun tacita wkoll, basta li tkun l-espressjoni tal-volonta` cara tal-parti li lilha jkun jispetta li tqajjem dik l-eccezzjoni.

Dawn il-principji ghandhom, bhala regola, japplikaw ukoll f'kawzi kostituzzjonali, specjalment in vista tal-fatt li fis-sistema taghna decizjoni kostituzzjonali f'materja ta' allegat ksur tad-drittijiet fondamentali (sia jekk taht il-Kostituzzjoni jew taht il-Konvenzjoni) taghmel stat biss bejn il-partijiet fil-kawza, u dan anke meta b'dik l-istess decizjoni jigi deciz li xi disposizzjoni ta' ligihija nulla u bla effett.

Jekk kawza tkun essenzjalment wahda kontra l-iStat, rappresentat minn zewg kapijiet ta' dipartiment (li t-tnejn iddikjaraw li huma l-legittimi kontraditturi), u galadarba wiehed miz-zewg rappresentanti jirrinunzja, ghan-nom ta' l-iStat, ghall-eccezzjoni tar-res iudicata, dik ir-rinunzja ma tistax in segwitu tigi kkampata ghan-nom ta' l-iStat minn kap ta' dipartiment iehor f'dik l-istess kawza.

Sentenza li tiddikjara disposizzjoni tal-Ligi bhala anti-Kostituzzjonali taghmel stat bejn il-partijiet biss. Dan ma jipprekludix pero` li l-Qorti tirritjeni l-istess haga f'gudikati ohra. Wara kollox, meta disposizzjoni tkun hekk leziva, dan x'aktarx ikun dovutghal ragunijiet fondamentali u ta' principju li jmorru lil hinn mill-fattispeci partikolari tal-kaz.

Mill-banda l-ohra ghandu jinghad li din il-Qorti ma hix marbuta li ssegwi bil-ghama l-gurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'materja li tirrigwarda l-Konvenzjoni. Appartili dik il-Qorti mhix parti mill-organizzazzjoni gudizzjarja ta' Malta, is-sentenzi taghha ghandhombiss valur perswaziv; u kemm il-Prim Awla kif ukoll din il-Qorti ma humiex prekluzi milli jaghtu interpretazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni - illum parti mil-ligi domestika - li ma tkunx konformi ma' dik moghtija mill-Qorti ta' Strasbourg.

Ir-regola hi li ".tax disputes fall outside the scope of civil rights and obligations." Pero`, dan ifisser biss li l-qrati m'ghandhomx id-dritt li jissindakaw l-imposizzjoni ta' taxxi u l-mod kif dawn jigu ezatti mic-cittadin, sakemm tali imposizzjoni w ezazzjoni jkunu regolati b'ligi. Jekk, pero`, l-iStat stess, permezz tal-ligi, jaghti d-dritt lic-cittadin li jirrikorri biex jikkontesta tali imposizzjoni jew ezazzjoni quddiem "tribunalindipendenti u imparzjali", id-dritt ta' access ghal tali tribunal fih innifsu huwa d-dritt privat,b'mod li l-garanziji kemm tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni kif ukoll dawk tal-Artikolu 39(2) tal-Kostituzzjoni ikunu applikabbli ghal dak it-"tribunal indipendenti u imparzjali". Isegwi wkoll li jekk xi disposizzjoni ta' ligi ccahhad b'mod irragjonevoli lic-cittadin minn dak id-dritt ta' access moghti lilu bil-ligi stess, dik id-disposizzjoni tkun tikkozza kemm ma' l-Artikolu 6(1) kif ukoll ma'l-Artikolu 39(2) imsemmija.

Hawnhekk giet konfermata s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali fl-ismijiet Anthony Frendo v. Avukat Generali et (dec 30/11/2001) fejn gie ritenut li d-disposizzjoni ta' l-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud li kienet tirrikjedi li jsir depozitu ta' 25% fil-mija tat-taxxa kontestata qabel ma jsir appell kienet anti-kostituzzjonali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info