Reference: 1269/2002/1

Judgement Details


Date
12/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG EMANUELE vs SCICLUNA DOROTHY DOCTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, XOLJIMENT JEHTIEG AZZJONI AD HOC
Summary
Il-fond lokat ghandu dejjem jigi konsenjat fi stat tali li jservi ghall-uzu miftiehem u allura ghandu jkun fi stat tajjeb ta' manutenzjoni. L-Artikolu 1540 ghandu jinqara in korrelazzjoni ma' l-Artikolu 1539 fejn il-konservazzjoni tal-haga hi mharsa b' riferiment ghad-destinazzjoni taghha. Ifisserghalhekk li s-sid ikun obbligat li jaghmel dawk it-tiswijiet li minghajrhom it-tgawdija u l-uzu tal-fond ma jistghux isiru, jew jonqsu.

L-Artikolu 1545 tal-Kodici Civili jiddisponi li:

1545. (1) Sid il-kera ghandu jaghmel tajjeb li l-haga moghtija b'kiri m'ghandhiex mankamenti jew difetti li jfixxklu jew inaqqsu l-uzu taghha; u, meta jinsab li hemm dawn il-mankamenti jew difetti, il-kerrej jista' jaghzel li jitlob jew il-hall tal-kuntratt jew ittnaqqis tal-kera.

(2) Dan ighodd ukoll, ghalkemm dawn il-mankamenti jew difetti jkunu nqalghu wara l-kuntratt.

(3) Izda, sid il-kera ma jwegibx ghall-mankamenti jew difetti li jidhru, u li l-kerrej seta' jinduna bihom huwannifsu fiz-zmien talkuntratt.

Hawnhekk tinsorgi d-domanda jekk it-terminazzjoni bis-semplicivolonta` unilaterali tal-kerrej tibbastax u sservix biex iggib "il-hall tal-kuntratt" li jsemmi l-precitat Artikolu 1545. Indiskutibilment, il-hall ta' kuntratt u t-terminazzjoni tal-kirja mhumiex l-istess haga. It-terminazzjoni hi korrelatata x' aktarx ma' kirja li qeghda fil-perijodu prezuntivtaghha u allura jekk is-sid, jew il-kerrej, ikun irid jitterminaha u jimpedixxi r-rilokazzjoni tacita bizzejjed il-manifestazzjoni tal-volonta` ta' wahda mill-partijiet li ma ggeddidx il-kirja sabiexittemm kirja b'durata prezunta u li tali manifestazzjoni tkun maghrufa lill-kontroparti.

Kongedo moghti fil-perijodu di fermo ta' kirja li jittanta jtemm il-krija qabel gheluq zmienha mhux sufficjenti biex itemm il-krija jekk ma jkunx hemm accettazzjoni tal-kontroparti. Sabiex tigi ottjenutar-rizoluzzjoni tal-lokazzjoni hija mehtiega l-istituzzjoni ta' azzjoni ad hoc.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info